Numru rekord ta’ Maltin jikkuntattjaw l-Ambaxxati fl-ewwel ħames xhur tas-sena
PR1086
24/06/2009
| Sa l-aħħar ta’ Mejju | nqabżet iċ-ċifra milħuqa fuq tnax-il xahar fl-2008 |
| L-għadd ta’ kuntatti mal-Ambaxxati u l-Konsulati | Maltin barra minn Malta fl-ewwel ħames xhur tas-sena qabeż l-ammont tat-talbiet kollha li kien hemm matul it-12-il xahar tal-2008. Dan għaliex sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm madwar 7,500 kuntatt. Din iċ-ċifra tfisser żieda ta’ 1,500 talba fuq l-ewwel erba’ xhur tas-sena, b’rata medja ta’ 60 kuntatt kuljum. Dan joħroġ minn ċifri miġbura mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin mid-diversi Ambaxxati u Konsulati Maltin imxerda madwar id-dinja. Fl-istess waqt, iċ-ċifri wkoll jindikaw li kien hemm ‘l fuq minn 250 kuntatt mal-Ambaxxati minn kumpaniji kummerċjali kemm lokali kif ukoll barranin li għandhom interess li jinvestu f’Malta. |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Tonio Borg ikkumenta dwar din l-istatistika u qal li m’huwiex b’kumbinazzjoni li sal-aħħar ta’ Mejju lħaqna u qbiżna l-ammont tas-sena li għaddiet. “Dan għaliex il-Gvern qed jimplimenta b’għaqal u b’viżjoni l-politika tiegħu li jkun aktar qrib iċ-ċittadin, mhux biss lokalment iżda wkoll internazzjonalment. Il-Ministru Tonio Borg irringrazzja u faħħar il-ħidma kontinwa li jagħmlu r-rappreżentanzi Maltin barra minn xtutna. Huwa qal li l-Ambaxxati u l-Konsulati li jirrappreżentaw lill-pajjiżna jifhmu t-toqol tar-responsabbilta’ li għandhom fuq spallejhom u għaldaqstant qiegħdin dejjem jaġġornaw u jtejbu l-kwalita’ tas-servizz tagħhom. |
| Fl-istess waqt, Il-Viċi Prim Ministru sostna li | dawn il-kuntatti mistennija jkomplu jiżdiedu hekk kif pajjiżna qed ikompli jimplimenta l-politika tiegħu għat-tisħiħ tar-rappreżentazzjonijiet barra mill-pajjiż. Eżempju ta’ dan huma r-Rappreżentazzjoni Diplomatika li nfetħet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Ramallah u l-Ambaxxata Maltija f’Tel Aviv f’Iżrael, li ġew inawgurati minnu stess u li se jkunu mmexxija rispettivament, mir-Rappreżentant Diplomatiku Alan Bugeja u mill-Ambaxxatur Abraham Borg. Saħaq ukoll li l-Ambaxxati qed ikunu iktar pro-attivi fil-ħidma tagħhom tant li qed isaħħu r-rabtiet mhux biss dawk marbuta strettament mad-Diplomazija, iżda wkoll dawk marbuta mal-investiment u t-turiżmu. |
| Dwar | il-kuntatti ‘kummerċjali’, il-Viċi Prim Ministru qal li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-ħidma tiegħu kompla jagħraf l-importanza li jissaħħu l-kuntatti kummerċjali u sostna li din il-politika qed tagħti l-frott. Huwa fakkar fid-diversi żjarat li wettaq fl-aħħar xhur li fihom ħadu sehem delegazzjonijiet kummerċjali, fosthom fl-Ukraina, fil-Portugall u fil-Polonja, kif ukoll iffirma diversi ftehim marbuta mat-tneħħija tat-Tassazzjoni Doppja ma’ għadd ta’ pajjiżi biex ikun jista’ jiffaċilita’ l-kummerċ. |
| Intant ta’ min wieħed jinnota minn dawn iċ-ċifri | miġbura li ammont kbir mill-kuntatti li jsiru jkunu marbuta ma’ talbiet ta’ informazzjoni dwar ħruġ ta’ visas, applikazzjonijiet għall-passaporti u dokumentazzjonijiet oħra ċivili. Kif inhu mistenni t-talbiet għall-għajnuna li jirċievu l-Ambaxxati huma varjati ħafna. |
| Ir-Rappreżentanzi Diplomatiċi fl-Awstralja, li | jinsabu f’Canberra, f’Sydney u f’Melbourne, irċevew l-aktar ammont ta’ kuntatti fost ir-rappreżentanzi kollha Maltin madwar id-dinja, tant li ċ-ċifra miġbura minnhom stess tindika li hemm iktar minn nofs it-total tal-kuntatti fost l-Ambaxxati kollha Maltin barra minn Malta. |
| Fost | il-kummenti miġbura mill-Ambaxxaturi u r-Rappreżentanti Diplomatiċi qed ikun indikat li fl-isfera kummerċjali, qed jiżdiedu t-talbiet minn organizzazzjonijiet barranin li jinsabu fis-settur edukattiv, li jistaqsu dwar il-possibiltajiet li jibgħatu studenti biex jistudjaw l-Ingliż f’Malta. Ta’ min jinnota li fuq dan l-aspett huma diversi dawk l-Ambaxxati li qed iżidu l-isforzi tagħhom biex din in-niċċa turistika tkompli tissaħħaħ. |
| Fost | dikjarazzjonijiet oħra li rċieva dan il-Ministeru, waqt li qed jiġbor l-istatistika, hemm dik li permezz tal-kuntatti tajbin li Malta għandha f’pajjiż partikolari, u minkejja li m’hemmx għadd kbir ta’ Maltin jgħixu f’dan il-pajjiż, wasslet biex Malta tintgħażel bħala destinazjoni għall-ġbid tal-films. |
| L-iktar setturi ekonomiċi li saru kuntatti | dwarhom mal-Ambaxxati huma dawk marbuta mal-qasam tat-teknoloġija tal-informatika, l-edukazzjoni, it-turiżmu u s-settur finanzjarju. Din hija xhieda tal-politika tal-Gvern li jsaħħaħ l-investiment f’dawn is-setturi partikolari. Tajjeb li jingħad li l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta ma jassistux biss kumpaniji barranin fit-talbiet tagħhom iżda wkoll ikollhom numru sostanzjali ta’ talbiet minn kumpaniji lokali li jfittxu informazzjoni dwar il-pajjiż li jkunu jixtiequ jinvestu fih. |
| Fuq | l-aspett uman, l-Ambaxxati Maltin jirċievu wkoll kuntatti sabiex jassistu nies li jkunu jinsabu f’diffikultajiet fosthom problemi legali, problemi ta’ saħħa u kwistjonijiet oħrajn. |
DOI – 24.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984