Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JATTENDI GĦAĊ-ĊERIMONJA TA’ GRADWAZZJONI  F’SAN BLAS

PR1085
Date Icon 24/06/2009
“Dawn iż-żgħażagħ għandhomdritt għal dinjita’ aħjar u s-socjeta’ trid tagħti l-kontribut u support billi tghinhom iqumu mill-gdid fuq saqajhom”. Hekk esprima il-President George Abela waqt id-diskors tiegħu għall-gradwazzjoni f’San Blas.
‘Qum u imxi’ kienet it-temagħaċ-ċerimonja f’lejla ta’ solidarjeta’ mar-residenti li temmew b'suċċess programm ta’ riabilitazzjoni f’San Blas.
Is-Serata ingħatat bidub’kanzunetta animata mir-residenti dwar il-filosofija tal-Programm u tkompliet b’esperjenzi ta’ resident, ta’ ġenitur u ta’ gradwat. Saru wkoll messaġġi minn Mons. Victor Grech, mill-E.T. Mons. Arcisqof Pawlu Cremona u mill-E.T. il-President George Abela.
Mons. Victor Grech għamelriflessjonijiet għal dan il-jum speċjali u wkoll tkellem dwar l-istatistika ta’ min huma dawk il-persuni li jfittxu l-għajnuna tal-Caritas, kif u min huma dawk li jagħmlu użu mid-droga, l-eta’ u liema hi dik il-lokalita’ li l-aktar ġejjin minnha. Spjega wkoll x’qed jiġi offrut fil-proġett ‘Tama Ġdida’.
L-E.T. Mons. Arcisqof PawluCremona stqarr li qed jattendi għas-serata sabiex jappoġġja dak kollu li jsir fil-kumpless. Għamel sejħa lis-soċjeta’ biex ma tħossix impotenti lejn dawn ix-xorta ta’ diffikultajiet, anzi rridu niġġieldu kontra dak li mhux tajjeb għax b’hekk biss tibni socjeta’ tajba.
Il-President George Abelawara l-għotji taċ-Ċertifikati esprima li dan huwa jum ta’ ferħ kbir, mhux biss għar-residenti, għal gradwati u dawk kollha li jagħtu kontribut f’San Blas, imma jum ta’ ferħ għas-soċjeta’ kollha. Kull persuna għandha tagħmel eżami tagħha nnifisha u dan ikun l-ewwel pass biex wieħed isib l-ispiritwalita’ tiegħu u jagħraf hu min hu verament. Awgura f’ismu u f’isem il-poplu kollu kull suċċess għal dawk li ggradwaw u għall-familji tagħhom.
Wara dawk prezenti kienumistiedna sabiex flimkien ma’ dawk li ggradwaw jifirħu flimkien f’riċeviment.

DOI – 24.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow