Stqarrija mill-Ministeru gĦall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni
PR1084
23/06/2009
| Il-Partit Laburista qed iqarraq | bil-fatti |
| Il-Gvern ma joqgħodx jistenna lill-Partit | Laburista biex jinvesti. L-investiment fil-Korporazzjoni Enemalta huwa kontinwu. |
| Għal darb’oħra l-PL irid jiġbed biss | is-simpatija politika u jinjora l-miljuni ta’ ewro li qed ikunu investiti f’tagħmir mill-aqwa għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku f’pajjiżna |
| Il-fatti huma li dak ir-rapport li ħareġ | fl-2006, huwa l-istess pjan li l-Enemalta qed timplimenta biex ittejjeb il-ġenerazzjoni elettrika fil-pajjiz. L-investiment u l-implimentazzjoni ta’ dak li jissuġġerixxi l-pjan qed isir skond kif ippjanat. |
L-Enemalta qed tinvesti fl-aqwa teknoloġija. Iż-żieda fid-domanda hi rrekordjata u hemm marġni ta’ riserva ta’ aktar minn 60MW, meta l-għola domanda tista’ tlaħħaq madwar 430MW. Fil-fatt il-kapaċità taż-żewġ powerstations flimkien hija ta’ 551MW.
| Dan il-pjan | għall-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku jaħseb mhux biss biex ilaħħaq ma’ domanda għall-provista akbar, iżda jaħseb biex l-operat ikun aktar effiċjenti, u jnaqqas l-impatt ambjentali. |
| Meta kien ippubblikat ir-rapport | ta’ l-2006, rapport li l-PL qed iħossu komdu jikkwota, l-Enemalta kienet diġa’ bdiet il-proċess għat-tender ta’ l-impjant il-ġdid f’Delimara. Dan l-investiment huwa ta’ €165 miljun. Il-proċess tat-tender u ta’ l-aġġudikazzjoni ħadu fit-tul biex il-proċess ikun trasparenti u kollox isir skond il-liġi. Fil-fatt, il-proċess tant kien trasparenti li ma kien hemm l-ebda appell. |
| Madanakollu meta ttieħdet id-deċiżjoni | dwar l-impjant il-ġdid, il-Partit Laburista beda jikkritika biex kemm jista’ jkun jitfa’ l-proċess lura. |
| L-Impjant il-ġdid | se jkun jikkonsisti minn tmien magni, li kollha jifilħu l-full load fi 30 minuta. Barra dawn diga’ hemm ħames turbini tal-gass. |
| Il-Korporazzjoni | Enemalta investiet f’sistema ġdida ta’ monitoraġġ u kontroll fuq is-sistema distributorja msejjħa SCADA u qed tinvesti wkoll fit-tqegħid ta’ interconnector ma’ Sqallija li jippermetti 225MW oħra. Dan se jkollu l-kapaċità li jlaħħaq overload ta’ 810MW għal siegħa. |
| Dan barra l-investiment | fl-istallazzjoni ta’ l-iSmart Meters madwar il-pajjiz kollu u l-implimentazzjoni ta’ Billings and Customer relationship Management system gdida. |
| Dan l-investiment qed isir | skond il-Pjan għall-Ġenerazzjoni u d-Distribuzzjoni, li hu l-istess rapport ta’ l-2006, ir-rapport li qed jikkwota l-Partit Laburista. |
| Il-Partit Laburista dan l-investiment | kollu għażel li jinjorah u jgħawweġ il-fatti sempliċement biex ikompli bil-kampanja politika tiegħu u jallarma lill-poplu. |
DOI - 23.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984