Left arrow Mur Lura

JILTAQA’ L-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AGRIKOLTURA U S-SAJD

PR1082
Date Icon 23/06/2009

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, illum kien preżenti għal- laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd li saret fil-Lussemburgu. Waqt din il-laqgħa ġew diskussi temi ta’ priorita’ bħal ma huwa l-futur tal-Politika Agrikola Komuni (CAP), is-sitwazzjoni fis-suq tal-ħalib Ewropew, u temi relatati mas-sajd, fostom il-proposta ta’ kontrolli fl-abbozz tal-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. 

Matul din il-laqgħa l-Ministru Pullicino ltaqa’ wkoll mal-Ministru Svediz għall-Agrikoltura Eskil Erlandsson fejn flimkien miegħu ġew diskussi punti ta’ priorita’ għall-Presidenza Svediża li se tibda mill-1 ta’ Lulju li ġej.  Din il-laqgħa ffukat wkoll fuq temi importanti  dwar il-CAP, il-politika komuni dwar is-Sajd kif ukoll il-proposti dwar policies relatati ma’ importazzjoni ta’ annimali domestiċi. 

Dinil-laqgħa, li kienet waħda kordjali, serviet biex il-Presidenza Svediża fiehmet aktar mill-qrib ir-realtajiet ta’ Malta fis-setturi tal-agrikoltura u s-sajd li tant huma importanti għal pajjiżna.
Il-Ministru Pullicino iltaqa’ wkoll ma` Dr JoeBorg, Kummissarju għas-Sajd u Affarijiet Marittimi, fejn infurmaħ dwar l-inċidenti li seħħew il-bieraħ f’pajjiżna.
DOI -23.06.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow