Left arrow Mur Lura

IL-JUM INTERNAZZJONALI -FALLS PREVENTION AWARENESS DAY

PR1080
Date Icon 23/06/2009
F’l-okkażjoni tal-juminternazzjonali ta’ għarfien dwar il-waqgħat, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ Mario Galea, indirizza attivita` li saret fl-Isptar Mater Dei.
Is-Segretarju Parlamentariqal li fir-Renju Unit 50 fil-mija ta’ dawk li għandhom aktar minn 80 sena jaqgħu, bil-konsegwenza li jġarrbu ġrieħi li jafu jkollhom konsegwenzi gravi jew effetti negattivi fit-tul.
Filwaqt li madwar 75 fil-mijatal-waqgħat ma jiġux rappurtati, dawn jistgħu jwasslu għal biżgħa li wieħed joħroġ barra u b’hekk tintilef l-indipendenza. Il-waqgħat huma kawża maġġura ta’ mewt jew diżabilita` fl-anzjani li għandhom 75 sena jew aktar.
Il-Falls Prevention Task Force ġietimwaqqfa bl-iskop li teduka u tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-inċidenza u l-prevenzjoni ta’ waqgħat, kif ukoll biex tipprovdi informazzjoni u tassisti l-professjonijiet fil-qasam tal-kura rigward il-prevenzjoni ta’ waqgħat fl-anzjani.
Ir-rwol tat-Task Force hu li jinħolquinizjattivi ta’ prevenzjoni ta’ waqgħat fl-anzjani flimkien mal-infermiera u t-tobba fil-komunita’, permezz tal-Kunsilli Lokali, Day CareCentres, u anke diskussjonijiet fil-parroċċi.
It-Task Force hu maqħmul minn membrital-professjoni medika, li tinkludi infermiera, konsulent tal-ġeriatrija, fiżjoterapisti, u occupational therapists.
Is-Segretarju Parlamentari appella biexl-anzjani jibqgħu attivi kemm jista` jkun u jagħmlu eżerċizzju fiżiku b’mod regolari.  Barra min hekk kull anzjan għandu jiċċekkja l-viżta ta’ spiss u jneħħi immedjatament kull periklu li hemm fir-residenza fejn joqgħod.  Huwa importanti wkoll li kull periklu fuq barra jiġi rrappurtat minnufiħ lill-kunsill lokali konċernat.
Fix-xhur li ġejjijn it-Task Force setippubblika ktieb dwar il-prevenzjoni tal-waqgħat, li hu bbażat fuq riċerka minn istituzzjonijiet internazzjonali, kif ukoll mill-esperjenza professjonali ta’ dawk involuti.
Dan se jkun pass li permezz tiegħu tinbedakampanja edukattiva dwar il-waqgħat.
DOI -23.06.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow