Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT DWAR L-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI

PR1078
Date Icon 23/06/2009
Hekk kif ġie maqbul fit-terminita’ referenza tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali fuq l-Immigrazzjoni Irregolari, partikolarment għan ‘b’, il-Membri ta’ dan l-imsemmi Kumitat għamlu żjara fiċ-ċentri ta’ detenzjoni ta’ Ta’ Kandja u Lyster Barracks f’Ħal Far.
Din iż-żjara tikkumplimentad-diskussjonijiet fuq l-immigrazzjoni li qed isiru fil-Parlament kważi kull ġimgħa minn dan l-imsemmi Kumitat.  L-għan taż-żjara kien li l-Membri jaraw u janalizzaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tad-detenzjoni, kif ukoll li jeżaminaw il-mod ta’ kif jiġu trattati l-immigranti nfushom u l-aspetti ta’ sigurta’ nazzjonali.
In linja mad-Direttivital-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ewlenija fosthom 2003/9/EC tal-2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-ilqugħ ta’ dawk li jfittxu ażil (id-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet għall-Ilqugħ), il-Membri raw l-isforz li qed isir sabiex il-kondizzjonijiet u d-dinjità ta’ dawn il-persuni tibqa’ titjieb.  L-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kapitlu 217) jistipula li kull persuna li tidħol bla dokumenti f’Malta u li ma tapplikax għal ażil għandha tiġi detenuta sa massimu ta’ 18-il xahar.  Minn naħa l-oħra, l-Att dwar ir-Rifjuġati (Kapitlu 420) jirregola l-proċeduri ta’ kif isir l-ażil u l-kundizzjonijiet taċ-ċentri ta’ akkoljenza.
F’Ta’ Kandja, il-Kumitat seta’jara l-bini ġdid li jilħaq l-istandards tad-Direttivi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Attenzjoni ingħatat wkoll lill-istatus u s-sitwazzjoni tal-persuni li jinsabu hemm.  Kien hawnhekk fejn il-Membri tal-Kumitat tkellmu fost l-oħrajn ma’ immigranta anzjana li qed tiġi mgħejjuna mill-awtoritajiet konċernati sabiex tiġi rilaxxata miċ-ċentru ta’ detenzjoni malajr kemm jista’ jkun.  In fatti, dawk il-persuni klassifikati bħala vulnerabbli bħal tfal waħedhom, persuni b’diżabilità, ommijiet tqal, ġenitur/i bit-tfal, anzjani jew persuni li jkollhom xi kundizzjoni medika, jiġu maħruġa kemm jista’ jkun malajr miċ-ċentri ta’ detenzjoni.
F’Ħal Far, il-Membri żaru t-TentCompound fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Lyster Barracks, fejn qed jitneħħew il-kampijiet u qed jiġu mibdula f’mobile homes.  Il-Membri tkellmu mal-immigranti nfushom u qagħdu jisimgħu dettalji ta’ kif waslu Malta u l-iskop għala telqu minn art twelidhom, bil-maġġoranza jirrakkontaw stejjer ta’ persekuzzjoni u gwerer ċivili.
Il-Membri ltaqgħu wkoll ma’immigranti oħrajn li f’pajjiżhom m’hemmx gwerer jew persekuzzjoni u allura m’għandhomx għalfejn ifittxu l-ażil f’pajjiżi oħra.  Uħud minn din il-kategorija ta’ immigranti, qed jagħżlu programmi ta’ assistenza volontarja għar-ritorn b’mod dinjituż f’pajjiżhom, offruti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, mill-Unjoni Ewropea u anke mill-Istat Malti.  Minkejja dan, xorta waħda kien hemm immigranti li stqarrew li ma jridux imorru lura f’pajjiżhom.  Dan iwassal għal nuqqas ta’ kollaborazzjoni u allura l-proċess ta’ ritorn jew rimpatriju ikun wieħed twil billi ma kienx volontarju, iżda sfurzat.
L-aħħar żjara tal-Kumitat kienetf’Hermes Block fl-istess ċentru, fejn fi ftit ġimgħat oħra ser ikun lest ir-riabilitazzjoni ta’ dan il-blokk, li ser jakkomoda ‘l fuq minn 400 immigrant. Dan il-blokk ser ikun mgħammar b’żoni ta’ rikrejazzjoni komuni u tal-ikel u oħrajn sanitarji, kif ukoll żona għal min ikollu mard infettiv.
L-awtoritajiet ħadu ħsieb ukolll-aspett kulturali fl-ippjanar ta’ dan il-blokk.  Qabel ma beda ir-ristrutturar u r-rijabilitazzjoni ta’ dan il-blokk, kienu bosta l-kritiċi lokali u internazzjonali li kkritikaw il-kundizzjonijiet tal-immigranti f’dan il-blokk. Il-proġett huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u ġie jiswa ‘l fuq minn mitejn elf ewro.  Kien hawnhekk li l-Membri ltaqgħu ma’ grupp ta’ immigranti li permezz ta’ professjonisti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigranti, qed jirċievu tagħlim fuq il-kultura Ewropea.
Il-Membri faħħru x-xogħoltal-Armata, il-Pulizija u tas-servizz ta’ detenzjoni, kif ukoll kull organizzazzjoni volontarja u internazzjonali li qed joffru s-servizzi tagħhom lil dawn il-persuni.  Il-Membri tal-Kumitat irringrizzjaw lil Lt. Col. Brian Gatt, Kmandant tas-Servizz ta’ Detenzjoni u l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern tal-għajnuna tagħhom sabiex din iż-żjara tkun possibli u fid-dettall li saret.  Id-delegazzjoni tmexxiet mill-Onor Edwin Vassallo, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u pparteċipaw l-Onor David Agius, l-Onor Joe Debono Grech, l-Onor Michael Falzon u l-Onor Josè Herrera.


DOI – 23.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow