STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR1077
22/06/2009
Verifika u spezzjonijiet dwar sajd għat-tonn
| Spetturi mid-Diviżjoni tal-Kontroll tas-Sajd | fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali llum ikkonfermaw li xi dgħajjes b’kuntratt ma’ farm tat-tonn Malti li dalgħodu kienu involuti f’inċident ma’ xi attivisti mill-Greenpeace, ma kienu qed iġorru l-ebda tonn illegali. |
| Bħala parti minn programm kontinwu u regolari | ta’ kontrolli u spezzjonijiet, id-Diviżjoni tal-Kontroll tas-Sajd dalgħodu bagħtet spetturi biex jispezzjonaw żewġ dgħajjes li jservu ta’ supporting vessels, jiġifieri dgħajjes li jassistu fl-operat tal-farms tat-tonn. Id-Diviżjoni tal-Kontroll tas-Sajd hija impenjata li tara li jkun hawn rispett sħiħ lejn ir-regolamenti dwar is-sajd għat-tonn. |
| Fl-aħħar xhur kien għaddej eżerċizzju ta’ tisħiħ | tal-kapaċita’ amministrattiva tad-Diviżjoni bl-ingaġġ ta’ spetturi u uffiċjali oħrajn. Fil-jiem li għaddew id-Diviżjoni ħadet passi biex ikun żgurat li l-kwota nazzjonali dwar is-sajd għat-tonn tkun rispettata. |
DOI - 22.06.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984