Left arrow Mur Lura

Wirja Agrarja għall-festa tal-Imnarja fin-Nadur

PR1073
Date Icon 22/06/2009
Ilbieraħ ġiet fi tmiemha l-Wirja Agrarja li ta’kull sena tittella’ bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Imnarja fin-Nadur.
F’din il-wirja, imtella’ mill-Kunsill Lokali ta’dan ir-raħal, jiġu esebiti prodotti agrikoli differenti, bħal ħxejjex, frott u żrieragħ li huma mkabbra mill-bdiewa f’din il-lokalità. Il-wirja tinkludi wkoll sezzjonijiet ta’ xogħol artiġjanali u tradizzjonali flimkien ma’ pjanti ornamentali, tjur u annimali żgħar, kif ukoll prodotti tipiċi bħall-għasel tan-naħal, kappar u ikel ieħor ippriservat. Din il-wirja popolari tiġi organizzata Ħadd qabel l-Imnarja u ta’ kull sena tiġbed attendenza numeruża ta’ Għawdxin, Maltin, emigranti, kif ukoll barranin li jkunu Għawdex.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex,ippreżentat tifkiriet lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-wirja ta’ din is-sena u saħqet li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien il-biedja u s-sajd jibqgħu żewġ okkupazzjonijiet tradizzjonali ta’ importanza vitali għall-ħajja. Żiedet tgħid li l-bdiewa Għawdxin, matul l-aħħar snin, għarfu jieħdu l-opportunitajiet li nfetħu mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan iwassal ukoll għal prodott agrikolu ta’ kwalità aħjar u varjat għall-konsumatur.
Il-Ministru Debono saħqet li l-Ministeru għalGħawdex dejjem ta importanza u għajnuna lil dan is-settur. Hija faħħret l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tan-Nadur, taħt it-tmexxija tas-Sindku Miriam Portelli, li permezz ta’ din il-wirja qed jippromwovi l-qasam agrikolu u artiġjanali Għawdxi, mhux biss fil-lokalità tan-Nadur, iżda wkoll fuq bażi reġjonali.

DOI - 22.06.09

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow