Wirja Agrarja għall-festa tal-Imnarja fin-Nadur
PR1073
22/06/2009
| Ilbieraħ ġiet fi tmiemha l-Wirja Agrarja li ta’ | kull sena tittella’ bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Imnarja fin-Nadur. |
| F’din il-wirja, imtella’ mill-Kunsill Lokali ta’ | dan ir-raħal, jiġu esebiti prodotti agrikoli differenti, bħal ħxejjex, frott u żrieragħ li huma mkabbra mill-bdiewa f’din il-lokalità. Il-wirja tinkludi wkoll sezzjonijiet ta’ xogħol artiġjanali u tradizzjonali flimkien ma’ pjanti ornamentali, tjur u annimali żgħar, kif ukoll prodotti tipiċi bħall-għasel tan-naħal, kappar u ikel ieħor ippriservat. Din il-wirja popolari tiġi organizzata Ħadd qabel l-Imnarja u ta’ kull sena tiġbed attendenza numeruża ta’ Għawdxin, Maltin, emigranti, kif ukoll barranin li jkunu Għawdex. |
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | ippreżentat tifkiriet lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-wirja ta’ din is-sena u saħqet li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien il-biedja u s-sajd jibqgħu żewġ okkupazzjonijiet tradizzjonali ta’ importanza vitali għall-ħajja. Żiedet tgħid li l-bdiewa Għawdxin, matul l-aħħar snin, għarfu jieħdu l-opportunitajiet li nfetħu mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan iwassal ukoll għal prodott agrikolu ta’ kwalità aħjar u varjat għall-konsumatur. |
| Il-Ministru Debono saħqet li l-Ministeru għal | Għawdex dejjem ta importanza u għajnuna lil dan is-settur. Hija faħħret l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tan-Nadur, taħt it-tmexxija tas-Sindku Miriam Portelli, li permezz ta’ din il-wirja qed jippromwovi l-qasam agrikolu u artiġjanali Għawdxi, mhux biss fil-lokalità tan-Nadur, iżda wkoll fuq bażi reġjonali. |
DOI - 22.06.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984