Pjazza Reġina tingħata l-arja
PR1070
22/06/2009
| Pjazza Reġina fil-Belt | Valletta minn dalgħodu qed tgawdi minn sistema ġdida ta’ kif jitqiegħdu l-imwejjed, biex issa din il-pjazza ingħatat lura l-importanza li tixirqilha. Quddiem l-istatwa tar-Reġina Vittorja li hemm fin-nofs tal-pjazza, issa hemm passaġġ ta’ seba’ metri ħieles mill-imwejjed, biex din issa titgawda bħala ċ-ċentru tal-attenzjoni. |
| Dan huwa l-frott | ta’ diskussjonijiet immexxija mis-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi bil-kontribut tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu Mario de Marco, li wara diversi laqgħat fl-aħħar ġimgħat mal-operaturi li għandhom stabbilimenti tal-ikel fl-akkwata, tfasslet l-aħjar sistema fejn jitpoġġew is-siġġijiet u l-imwejjed mingħajr ma jtellef l-aċċessibbilita’ u l-aspett viżiv tal-pjazza. |
| F’dawn il-laqgħat | intlaħaq ftehim bejn il-partijiet konċernati, bil-Gvern jagħti widen għall-bżonnijiet tal-operaturi, biex ġie salvagwardjat il-kummerċ tagħhom, u l-impjiegi ta’ dawk li huma jħaddmu, u fl-istess ħin intlaħaq l-għan li issa l-pjazza tgawdi dehra isbaħ. L-operaturi resqu għad-diskussjoni b’rieda tajba, u fehemu li s-suċċess ta’ l-eżerċizzju ta’ dalgħodu huwa għall-vantaġġ ta’ kullħadd. |
| Illum iż-żoni | ħielsa mill-imwejjed ħadu iktar prominenza, u b’hekk l-aċċessibbilita’ f’din il-pjazza kompla tjieb, għat-tgawdija tal-pubbliku. |
DOI – 22.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984