Left arrow Mur Lura

IKTAR INVESTIMENT FIS-SOĊJETA’ TA’ GĦADA

PR1066
Date Icon 20/06/2009
Is-SegretarjuParlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi, illum għadda medda art ġewwa l-Wied tar-Rinella fil-Kalkara, lil Assoċjazzjoni tal-iScouts Malta biex tintuża mill-membri tagħha f’attivitajiet li jiġu organizzati.  Il-wesa’ ser tkun tintuża bħala post milqugħ u protett fejn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu attivitajiet relatati mal-iscouting.
Din il-medda arttkopri ‘l fuq minn 600 metru kwadru ta’ art, u qed tgħaddi għand l-iScouts b’kirja ferm imraħħsa mill-valur kummerċjali tagħha.  Dan biex tkompli tissaħħah il-politika tal-Gvern li jgħin ‘l għaqdiet non-governattivi li jkunu attivi fis-soċjeta’ tagħna.
Dr Azzopardifakkar kif din m’hijiex l-ewwel okkażjoni fejn id-Dipartiment tal-Artijiet ikkontribwixxa b’mod konkret lejn l-iScouts lokali.  Is-7th Rabat Girl Guides gawdew minn inizjattiva simili iktar kmieni din is-sena u issa għandhom titlu fuq proprjeta’ li kienet tal-Gvern, biex issa tintuża bħala post fejn jitlaqqgħu it-tfal.
Waqt l-istessattivita’ Dr Azzopardi żar medda art oħra li tinsab viċin fl-istess Wied illi f’Ottubru tas-sena l-oħra ġiet mgħoddija lill-Fondazzjoni Genista biex fiha issir afforestazzjoni.
Il-mira ta’ danil-proġett kien li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt uman fuq l-abitat naturali ta’ dan il-wied.  Permezz ta’ dan il-proġett, il-Fondazzjoni Genista għamlet mill-aħjar biex ma timmodifikax il-bilanċ naturali tas-sit, anzi twaqqaf it-telf ta’ bio-diversita’.
Għall-okkazjoniDr Azzopardi ħawwel siġra f’dan is-sit biex titfakkar iż-żjara.

DOI – 20.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow