Kuncert ta’ mużika rock b’risq il-Malta Community Chest Fund
PR1065
20/06/2009
| “Il-ħidma b’risq | il-Malta Community Chest Fund qegħdin naffrontawa b’impenn u dedikazzjoni sabiex nilħqu l-akbar ammont ta’ nies possibbli.” |
| Dan qalitu s-Sinjura | Margaret Abela meta dalgħodu, flimkien mal-President George Abela, mal-Onor Dolores Cristina, Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u mal-Onor. Tonio Fenech, Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, fil-Palazz il-Belt ħabbret kunċert ta’ mużika rock – ROCKESTRA – organizzat mill-Malta Community Chest Fund għall-gbir ta’ fondi. Il-kunċert se jittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fl-MFCC Ta’ Qali nhar it-12 ta’ Settembru, u bl-għajnuna tan-“National Lotteries – Good Causes Fund”. |
| Is-Sinjura Abela | tenniet li mingħajr dubju wieħed mill-isforzi li rridu naħdmu fuqhom biex nilħqu it-talbiet ta’ kulħadd huwa li nissoktaw bil-ħidma li saret u li qed issir. Is-Sinjura Abela ħeġġet aktar nies jersqu lejn il-Malta Community Chest Fund “sabiex bi sforz żgħir kemm hu żgħir mingħand kulħadd nagħmlu affarijiet kbar.” |
| ROCKESTRA huwa kunċert mill-Orkestra | Filarmonika Nazzjonali li ser tħejji programm bi stil Rock li jinkludi xogħlijiet minn gruppi bħal Queen, Beach Boys, Eagles, Led Zepplin, Beatles u Deep Purple fost l-oħrajn. Ser jippartecipaw ukoll numru ta’ artisti lokali li ser ikollhom esperienza unika li ikunu akkumpanjati minn iktar minn 65 mużiċist tal-Orkestra Filarmonika. Fost dawn l-artisti insibu The Riffs u Jotham li jkanta ma’ Scream Daisy. |
| Il-programm jinkludi wkoll | taħlita ta’ mużika Rock u dik klassika bil-parteċipazzjoni ta’ Soprani bhal Maria Abela u Claire Caruana. Artisti oħra li ser jieħdu sehem huma Alex Bezzina, Raquela Dalli Gonzi, Neville Refalo, Daniel Cauchi, il-kompożitur Ruben Zahra, Fakawi u DJ Owen dan filwaqt li oħrajn għadhom qed jiġu kkonfermati. |
| Fost l-attrazzjonijiet | ewlenin ta’ dan il-kunċert insibu wkoll il-High Power Projections minn Ross Ashton. Ashton huwa magħruf mal-pubbliku Malti għall-ispettaklu ta’ projezzjonijiet u imaġini li ntwerew fuq il-forti Sant’Anġlu għaċ-ċelebrazzjonijiet tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004. |
| Matul il-kunċert, dawk | preżenti se jassistu għal esperjenza fantastika ta’ immaġni permezz tal-vidjo u projezzonijiet varji li jikkumplimentaw il-programm versatili ta’ mużika rock bl-arranġamenti mużikali tad-direttur artistiku żagħżugħ Sigmund Mifsud. |
Il-kunċert se jsir taħt il-patroċinju tal-President u s-Sinjura Abela. Id-dħul kollu isir b’donazzjoni ta’ €10 għall-Malta Community Chest Fund. Dan jista` jsir minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju mis-sit www.rockestra.org, mill-Embassy Shopping Complex u iktar il-quddiem minn diversi stabbilimenti prinċipali madwar Malta u Għawdex. Tfal taht it-tnax il-sena jidhlu b’xejn.
| Waqt | il-konferenza ġie mniedi wkoll il-logo il-ġdid tal-Malta Community Chest Fund: l- identita` tal-Fond – logo frisk u kontemporanju biex jappella wkoll għall-gosti taż-żgħażagħ li tant għandna bżonn l-għajnuna tagħhom. |
| DOI - | 20.06.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984