Left arrow Go Back

INAWGURATA R-RAPPREŻENTANZA MALTIJA F’RAMALLAH

PR1063
Date Icon 20/06/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta’l-Affarijiet Barranin Tonio Borg inawgura uffiċjalment ir-Rappreżentanza Maltija f’Ramallah waqt iż-żjara li huwa qed jagħmel f’dawn il-ġranet fil-Palestina u f’Iżrael. Il-Viċi Prim Ministru għada se jkun qed jinawgura wkoll l-Ambaxxata Maltija f’Tel Aviv f’Iżrael. Dawn iż-żewġ missjonijiet  se jkunu qed jitħaddmu b’koperazzjoni diplomatika bejn Malta u Ċipru  wara li s-sena li għaddiet iż-żewġ pajjiżi kienu iffirmaw ftehim li permezz tiegħu Malta u Ċipru jaqsmu l-uffiċċji taż-żewġ rappreżentanzi f’Ramallah u f’Tel Aviv. Ir-Rappreżentanza Maltija f’Ramallah se tkun qed titmexxa mis-Sur Alan Bugeja.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg faħħar dinl-inizjattiva li qed jieħu l-Gvern Malti li jfittex iktar koperazzjoni fil-qasam diplomatiku ma’ pajjiżi oħrajn sabiex isaħħaħ il-preżenza tiegħu fuq livell internazzjonali. Ta’ min isemmi l-frekwenza li biha l-Maltin barra minn Malta jfittxu r-rappreżentanzi ta’ pajjiżhom għal kwalunkwe għajnuna, fejn matul l-2008 kienu reġistrati ‘l fuq minn 7,400 kuntatt bejn ċittadini Malti li jaħdmu jew jgħixu barra minn Malta mal-Ambaxxati jew Konsulati matul dik is-sena.
Fi kliem il-Ministru Tonio Borg, il-ftuħtal-Uffiċċju tar-Rappreżentanza f’Ramallah, ifisser mhux biss il-konkretizzazzjoni tar-rabtiet storici mal-poplu Palestinijan fl-isforzi tiegħu sabiex iwaqqaf stat sovran, iżda l-preżenza tagħna fil-Palestina se tippermettilna li nsaħħu dawn ir-rabtiet u nfittxu oqsma oħra ta’ koperazzjoni u nesploraw kif, fil-limitazzjonijiet tagħha, Malta tista’ żżid l-għajnuna tagħha lill-poplu Palestinjan. F’dan il-kuntest it-Territorji Palestinjani jitqiesu bhala priorita’ għall-politika Maltija fil-qasam  tal-iżvilupp ta’ pajjiżi oħrajn.
Għaldaqstant, l-għanijiet prinċipalitar-rappreżentanzi l-ġodda huma li jiġu stabbiliti u jissaħħu aktar ir-rabtiet mas-socjeta’ Palestinjana u dik Iżraeljana fuq il-livelli kollha, kif ukoll li jagħtu sehem fil-formulazzjoni tal-politika li tikkonċerna r-rabtiet li għandha Malta ma’ Izrael u l-Awtorita’ Palestinjana kif ukoll is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.
Dr Tonio Borg qal li ż-żewġ uffiċċji se jkunuqed jipprovdu rapurtaġġ tagħhom mill-post fuq is-sitwazzjoni u l-iżviluppi li jsehhu f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess tal-paci, liema rappurtaġġ ikun krucjali. Dan se jkun vitali sabiex Malta tkun tista’ timbotta  ’il quddiem il-pożizzjonijiet rilevanti tagħha f’fora internazzjonali, speċjalment fi ħdan l-UE.
Intant matul il-ġurnata il-Viċi Prim Ministrukellu laqgħat ma’ uffiċjali għolja tal-pajjiż, fosthom mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Riyad al-Malki, il-Ministru tal-Ekonomija Dr Basem Khoury, il-Ministru tal-Intern Said Abu Ali u l-Prim Ministru  Salam Fayyad. Matul il-jum Dr Tonio Borg żar ukoll il-qabar tal-ex mexxej Palestinjan Yasser Arafat.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg għada jinawgural-Ambaxxata Maltija f’Iżrael.

DOI – 20.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow