AKTAR BOROŻ TA’ STUDJU MILL-GVERN
PR1061
19/06/2009
| Wara esperjenza ta’ sentejn, | il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport iddeċieda li jerġa jniedi skema ta’ boroż ta’ studju għal min irid ikompli jistudja biex jagħmel Dottorat jew Masters u bidel ir-regolamenti tal-iskema bl-iskop li aktar kandidati jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex ikomplu bl-istudji tagħhom. |
| Dan tħabbar minn Dolores | Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport waqt konferenza tal-aħbarijiet. |
| Il-Ministru Cristina spjegat li | t-tibdil propost għandu l-iskop li: |
| Studenti li jridu jagħmlu | Masters jew Ph.D. part-time jistgħu japplikaw għal dawn l-ischolarships; |
| Studenti li jridu jagħmlu | Masters jew Ph.D. bis-sistema ta’ distance learning jistgħu japplikaw għal dawn l-ischolarships; |
| Studenti li għandhom ‘l fuq minn | 30 sena jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-boroż ta’ studju; |
| Ħaddiema li jridu jagħmlu | Masters jew Ph.D. jistgħu japplikaw bla ma jkollhom bżonn jitilqu x-xogħol tagħhom; |
| Studenti bi bżonnijiet speċjali | se jkollhom numru ta’ scholarships riservati għalihom. |
| Studenti li jridu jispeċjalizzaw | f’oqsma li dwarhom ikunu studjaw fl-Universita’ ta’ Malta, iżda li l-istess Universita’ ma toffrix il-possibilta’ li l-kandidat jagħmel honours f’dak is-suġġett, ikunu jistgħu japplikaw jekk il-grad General tagħhom ikun tal-ewwel kategorija. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport spjegat li l-effett ta’ dan it-tibdil għandu jissarraf billi ħaddiema jew nisa tad-dar li jixtiequ jkomplu jistudjaw bla ma jitilfu x-xogħol tagħhom jew jixtiequ jibqgħu jindukraw il-familja tagħhom, ikunu jistgħu jiksbu għajnuna ta’ borża ta’ studju biex ikomplu bl-istudji tagħhom b’korsijiet part-time jew permezz tad-distance learning. |
| Barra minn dan, il-fattur | tal-eta’ mhux se jibqa’ aktar barriera biex wieħed jikseb għajnuna biex ikompli bl-istudji tiegħu. |
| Persuni b’diżabilita’ se jkunu | jistgħu japplikaw għal dawn il-Boroż ta’ Studju mingħajr l-ixkiel tad-diżabilita tagħhom. |
| Fis-sentejn li din l-iskema ta’ | scholarships ilha miftuħa ibbenefikaw: |
| 2006 | 2007 2008 |
| Masters | 20 33 25 |
| Dottorat | 13 13 13 |
| B’kollox minn din l-iskema ta’ | Boroż ta’ Studju Post Graduate fl-aħħar tliet snin ibbenefikaw 117 student fuq medda ta’ tliet snin. |
| Din l-iskema flimkien mal-iskema | l-oħra tal-Undergraduate Scholarship Scheme u l-iskema ta’ STEPS se jkunu qed ipoġġu €20 miljun fuq medda ta’ ħames snin għad-dispożizzjoni ta’ sudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw. |
| Ta’ min jgħid li fl-ewwel sejħa | tal-iskema STEPS li għalqet f’Marzu ta’ din is-sena kien hemm 149 applikazzjoni u 15 minnhom ingħataw Borża ta’ Studju biex jagħmlu Dottorat u 45 oħra biex jagħmlu Masters. Għat-tieni sejħa li għalqet fil-15 ta’ Ġunju il-Bord irċieva 287 applikazzjoni li 47 minnhom kienu għal Dottorat u 240 għal Masters. Dawn l-applikazzjonijiet issa jkunu proċessati biex qabel is-sena akkademika l-ġdida l-kandidati li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna jkunu mgħarrfa. Sejħa oħra fl-iskema STEPS tiftaħ fl-1 ta’ Novembru. |
| Il-Ministru Cristina qalet li | l-interess kbir li qed jintwera f’dawn l-iskemi ta’ scholarships huwa inkoraġġanti ħafna u juri kemm hawn nies li jixtiequ jkomplu jispeċjaliżżaw fl-istudji tagħhom. |
| Dan jawgura tajjeb biex | jintlaħqu l-miri tal-Gvern li aktar Maltin jibqgħu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja u l-mira l-oħra li sal-2015 pajjiżna jsir Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni. |
| DOI - | 19.06.2009 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984