Left arrow Go Back

AKTAR BOROŻ TA’ STUDJU MILL-GVERN

PR1061
Date Icon 19/06/2009
Wara esperjenza ta’ sentejn,il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport iddeċieda li jerġa jniedi skema ta’ boroż ta’ studju għal min irid ikompli jistudja biex jagħmel Dottorat jew Masters u bidel ir-regolamenti tal-iskema bl-iskop li aktar kandidati jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex ikomplu bl-istudji tagħhom.
Dan tħabbar minn DoloresCristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Ministru Cristina spjegat lit-tibdil propost għandu l-iskop li:
Studenti li jridu jagħmluMasters jew Ph.D. part-time jistgħu japplikaw għal dawn l-ischolarships;
Studenti li jridu jagħmluMasters jew Ph.D. bis-sistema ta’ distance learning jistgħu japplikaw għal dawn l-ischolarships;
Studenti li għandhom ‘l fuq minn30 sena jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-boroż ta’ studju;
Ħaddiema li jridu jagħmluMasters jew Ph.D. jistgħu japplikaw bla ma jkollhom bżonn jitilqu x-xogħol tagħhom;
Studenti bi bżonnijiet speċjalise jkollhom numru ta’ scholarships riservati għalihom.
Studenti li jridu jispeċjalizzawf’oqsma li dwarhom ikunu studjaw fl-Universita’ ta’ Malta, iżda li l-istess Universita’ ma toffrix il-possibilta’ li l-kandidat jagħmel honours f’dak is-suġġett, ikunu jistgħu japplikaw jekk il-grad General tagħhom ikun tal-ewwel kategorija.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport spjegat li l-effett ta’ dan it-tibdil għandu jissarraf billi ħaddiema jew nisa tad-dar li jixtiequ jkomplu jistudjaw bla ma jitilfu x-xogħol tagħhom jew jixtiequ jibqgħu jindukraw il-familja tagħhom, ikunu jistgħu jiksbu għajnuna ta’ borża ta’ studju biex ikomplu bl-istudji tagħhom b’korsijiet part-time jew permezz tad-distance learning.
Barra minn dan, il-fatturtal-eta’ mhux se jibqa’ aktar barriera biex wieħed jikseb għajnuna biex ikompli bl-istudji tiegħu.
Persuni b’diżabilita’ se jkunujistgħu japplikaw għal dawn il-Boroż ta’ Studju mingħajr l-ixkiel tad-diżabilita tagħhom.
Fis-sentejn li din l-iskema ta’scholarships ilha miftuħa ibbenefikaw:
20062007                            2008
Masters20                                33                                 25
Dottorat13                                13                                 13
B’kollox minn din l-iskema ta’Boroż ta’ Studju Post Graduate fl-aħħar tliet snin ibbenefikaw 117 student fuq medda ta’ tliet snin.
Din l-iskema flimkien mal-iskemal-oħra tal-Undergraduate Scholarship Scheme u l-iskema ta’ STEPS se jkunu qed ipoġġu €20 miljun fuq medda ta’ ħames snin għad-dispożizzjoni ta’ sudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw.
Ta’ min jgħid li fl-ewwel sejħatal-iskema STEPS li għalqet f’Marzu ta’ din is-sena kien hemm 149 applikazzjoni u 15 minnhom ingħataw Borża ta’ Studju biex jagħmlu Dottorat u 45 oħra biex jagħmlu Masters.  Għat-tieni sejħa li għalqet fil-15 ta’ Ġunju il-Bord irċieva 287 applikazzjoni li 47 minnhom kienu għal Dottorat u 240 għal Masters.  Dawn l-applikazzjonijiet issa jkunu proċessati biex qabel is-sena akkademika l-ġdida l-kandidati li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna jkunu mgħarrfa.  Sejħa oħra fl-iskema STEPS tiftaħ fl-1 ta’ Novembru.
Il-Ministru Cristina qalet lil-interess kbir li qed jintwera f’dawn l-iskemi ta’ scholarships huwa inkoraġġanti ħafna u juri kemm hawn nies li jixtiequ jkomplu jispeċjaliżżaw fl-istudji tagħhom.
Dan jawgura tajjeb biexjintlaħqu l-miri tal-Gvern li aktar Maltin jibqgħu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja u l-mira l-oħra li sal-2015 pajjiżna jsir Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni.
DOI -19.06.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow