Left arrow Mur Lura

L-Ambaxxata Maltija fid-Danimarka intensifikat il-ħidma tagħha biex issaħħaħ l-investiment u t-turiżmu lejn Malta

PR1060
Date Icon 19/06/2009
Il-ħidma tal-Ambaxxata Maltijafid-Danimarka għandha ssarraf f’iktar investimenti għall-kumpaniji Maltin fil-pajjiżi Nordiċi u fl-istess waqt se tkun qed tiggarantixxi żieda fit-turisti li jiġu Malta minn dawn il-pajjiżi. Kumpanija privata tal-ivvjaġġar fid-Danimarka qed timmira li ġġib lejn Malta ’l fuq minn 20,000 turist matul din is-sena.
L-Ambaxxata Maltijafid-Danimarka kellha diversi laqgħat ma’ investituri barranin kif ukoll ma’ operaturi turistiċi ewlenin fil-pajjiż sabiex jinħolqu kuntatti siewja għall-investituri lokali u jinġiebu iktar turisti lejn Malta. Dan infatti ssarraf f’assistenza lill-kumpaniji minn diversi oqsma ekonomiċi, fosthom dawk tal-kostruzzjoni, żviluppaturi, kumpaniji tat-tessuti, u dawk tas-servizzi finanzjarji, legali u tal-informatika.
Dan sabiex mhux biss jinġiebiktar investiment lejn Malta iżda fl-istess waqt negozjanti Maltin qed jaħtfu l-opportunitajiet li jfittxu swieq ġodda biex ikabbru l-ħidma tagħhom.
Il-ħidma ta’ din l-Ambaxxatassarfet ukoll f’suċċess fil-qasam tal-edukazzjoni, hekk li huwa mistenni li jinġiebu studenti minn dawn in-naħat li għażlu l-Malta f’dan is-sajf biex jistudjaw l-Ingliż. Ix-xogħol fil-qasam turistiku minn din l-Ambaxxata qed isir f’ħidma komuni flimkien mal-Awtorita’ tat-Turiżmu li għandha uffiċċju fi Stokkolma fl-Isvezja.
Ta’ min isemmi li l-Ambaxxati ul-Konsolati kollha Maltin barra minn Malta intensifikaw il-ħidma tagħhom fl-aħħar xhur sabiex Malta tingħata iktar promozzjoni fejn jidħol investiment u turiżmu. Iktar u iktar minħabba l-kriżi finanzjarja internazzjonali li laqtet partikolarment dawn iż-żewġ setturi.
Numru ta’ artikli qed ikunuppublikati mill-Konsli ta’ Malta madwar id-dinja f’dan ir-rigward wara l-laqgħa li ġiet organizzata f’Marzu li għadda f’pajjiżna. F’din il-laqgħa ġew organizzati iktar minn 400 appuntament għal negozjanti Maltin ma’ 80 Konslu barrani.
Fl-ewwel erba’ xhur ta’ dinis-sena l-għadd ta’ Maltin li talbu xi tip ta’ għajnuna mill-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin barra minn Malta ammonta għal iktar minn 6,000 kuntatt.
DOI -19.06.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow