Left arrow Mur Lura

Proġett Pilota ta’ Nurture Group  fl-Iskejjel Primarji tal-Isla u l-Birgu

PR1058
Date Icon 19/06/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristinażaret in-Nurture Group fl-iskola primarja tal-Isla fejn iltaqgħet ma’ tfal u ġenituri li pparteċipaw u bbenefikaw minn din l-inizjattiva.
In-Nurture Group hi faċilita’ li tifformaparti minn strateġija maħsuba mill-Kulleġġ Santa Margerita biex tassigura l-inklużjoni u mġieba tajba mit-tfal. L-iskop ta’ din l-inizjattiva hu biex tassigura li safejn hu possibbli, t-tfal kollha tal-Kulleġġ ikollhom l-opportunita’ biex regolarment jattendu skola fejn isibu ambjent li jilqagħhom u jippremja l-imġieba tajba tagħhom filwaqt li b’mod effettiv jindirizza problemi ta’ imġieba li tfixkel it-tagħlim tagħhom jew ta’ oħrajn minħabba assenteiżmu jew disturbi gravi.
L-ewwel Nurture Group twaqqaf il-KulleġġSanta Margerita f’Ottubru 2008 bħala proġett pilota li implimenta mod alternattiv biex jikkoreġi mġieba mhux aċċettabbli fis-snin bikrin.  Hu fatt magħruf psikoloġikament li tfal żgħar issirilhom ħsara irreparabbli jekk f’din l-eta’ ma jkunux jiffurmaw parti minn ambjent san.  Din it-teorija tindika li f’sitwazzjonijiet fejn il-familja tat-tifel ma tistax tipprovdi dan l-ambjent san, l-iskejjel għandhom jiżviluppaw programmi li jimlew dan il-vojt biex it-tfal jitgħallmu ħiliet biex jindukraw lilhom infushom u wara jġibu ruħhom aħjar fil-klassi.  Dan l-ambjent jissejjaħ Nurture Group.
Fil-Kulleġġ Santa Margerita, kull NurtureGroup kien magħmul minn għalliem imħarreġ fil-qasam tad-diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġieba u Learning Support Assistant ta’ esperjenza.  Kull grupp kien fih massimu ta’ għaxart itfal tal-Kindergarten sa Year 2.  Dawn it-tfal kienu identifikati b’mod xjentifiku, maħruġa mill-klassi normali tagħhom għal madwar nofs il-ġimgħa skolastika u għal kull wieħed u waħda minnhom kien imfassal programm ta’ tagħlim individwali maħsub  biex wara t-tfal jirritornaw fil-klassi tagħhom bla tfixkil.
Il-programm kien jinkludi ħidma kemmmal-ġenituri kif ukoll mal-għalliema, tagħrif dwar ikel nutrittiv, attivitajiet interattivi prattiċi, ftit sessjonijiet dwar materjal mill-kurrikulu.  Dan kien maħsub biex il-focus ikun fuq il-ħtiġijiet emozzjonali u soċjali tal-parteċipanti.  Fil-kumplament tal-ġimgħa, it-team tan-Nurture Group appoġġja l-għalliema attivament fl-iskejjel tagħhom u fi skejjel oħra biex jimplimentaw strateġiji għal imġieba tajba fil-klassi.
Iż-żewġ skejjel li ngħażlu għal dan il-proġettpilota kienu l-Primarja tal-Isla u l-Primarja tal-Birgu.  Iż-żewġ skejjel ingħażlu għal dawn ir-raġunijiet:

·       It-tnejn qegħdin f’komunitajiet żgħar;

·       It-tnejn għandhom spazju fiżiku biex jinvestu f’kamra speċjali li fiha tilqa’ n-Nurture Group;

·       It-tnejn għandhom School Management Team li lest jappoġġja l-viżjoni ċara tar-rwol pastorali tal-iskola biex tilqa’ għall-isfidi tal-komunitajiet rispettivi;

·        It-tnejn għandhom bżonn urġenti ta’ dan it-tip ta’ appoġġ minħabba d-diversi tfal b’diffikulta fl-imġieba li qed ikollha effett fuq l-ambjent tat-tagħlim fl-iskola. 

Tnejn u għoxrin (22) tifel u tifla li jattendul-Kindergarten, Year I jew Year II ipparteċipaw f’dan il-grupp. Sa tmiem is-sena skolastika, 45% minn dawn marru lura fil-klassi normali tagħhom għax ma kellhomx bżonn aktar għajnuna filwaqt li l-55% kien għad għandhom bżonn xi għajnuna min-Nurture Group li issa tibda tingħatalhom mill-ewwel fis-sena skolastika li jmiss.
L-għalliema tan-Nurture Group, barramilli ħadmu ma’ dawn it-tfal, għenu wkoll l-għalliema biex implimentaw strateġija ta’ mġieba tajba.  Waħda minn dawn l-istrateġiji hi magħrufa bħala Circle Time.  Sa tmiem is-sena skolastika, 40% tal-għalliema qalu li baqgħu jużaw din l-istrateġija fil-klassi u 50% qalu li baqgħu jużaw iżda mhux b’tant frekwenza.
F’kelmtejn li għamlet il-Ministru Cristina urietis-sodisfazzjon tagħha għas-suċċess ta’ dan il-proġett u qalet li billi problemi simili jeżistu f’inħawi oħra tal-gżira, din l-inizjattiva issa għandha tkun esportata lejn u adottata minn Kulleġġi oħra.  Sostniet li kien ta’ sodisfazzjoni li tkellmet mal-ġenituri tat-tfal li ħadu sehem fil-proġett li lkoll urew is-sodisfazzjon tagħhom għax-xogħol li sar ma’ uliedhom u l-bidla li saret fihom setgħet tkun innotata anke fil-familja.
Ta’ min jirringrazzja numru ta’ benefatturianonimi li taw il-kċina armata b’kollox, is-sufan u ħafna mill-għamara l-oħra li hemm fil-kmamar tan-Nurture Group tal-Isla u tal-Birgu.  Ringrazzjament ukoll lil Dr. Margaret Marwick u lil Rotary La Vallette li qed tgħin din l-inizjattiva b’għotja ta’ €2,000 u riżorsi oħra.

DOI – 19.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow