Left arrow Mur Lura

PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN

PR1057
Date Icon 18/06/2009

B’referenza għall-Press Release Nru. 1043, ta’ nhar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:-

(i) 5.2% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2020(I) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €103.50 b’YTM ta’ 4.79%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.84%,
(ii) 3.6% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013(IV) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €99.50 b’YTM ta’ 3.73%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.76%.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn 22 ta’Ġunju 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ :
(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2009għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna,
(ii) nofsinhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2009għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin ta’ l-għeluq ta’ l-offerti b’irkant.

Formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt

Aktar tagħrif dwar l-‘istocks’ jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)

DOI – 18.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow