PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN
PR1057
18/06/2009
B’referenza għall-Press Release Nru. 1043, ta’ nhar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:-
| (i) 5.2% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2020 | (I) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €103.50 b’YTM ta’ 4.79%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.84%, |
| (ii) 3.6% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013 | (IV) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €99.50 b’YTM ta’ 3.73%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.76%. |
| L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn 22 ta’ | Ġunju 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ : |
| (i) fil-5.00pm l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2009 | għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, |
| (ii) nofsinhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2009 | għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin ta’ l-għeluq ta’ l-offerti b’irkant. |
Formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt
Aktar tagħrif dwar l-‘istocks’ jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)
DOI – 18.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984