STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR1055
18/06/2009
| Il-Ministri tal-Asia u l-Ewropa | jiddiskutu t-tema tas-sigurta tal-energija |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u | l-Affarijiet Rurali George Pullicino qiegħed illum jattendi għall-konferenza tal-Ministri tal-Asia u l-Ewropa (ASEM) li qed tiddiskuti t-tema tas-sigurta tal-energija. |
| Fl-intervent tiegħu l-Ministru | Pullicino fakkar kif kienet Malta li 20 sena ilu pproponiet is-suġġett tal-bidla fil-klima lin-Nazzjonijiet Uniti. Filwaqt li għal bidu kien qed jinħoloq ftit xettiċiżmu fuq is-suġġett illum kulħadd għaraf l-importanza li kulħadd għandu jaħdem biex tingħeleb din l-isfida mondjali. Il-Ministru Pullicino qal ukoll li l-Unjoni Ewropea qiegħda fuq quddiem nett fl-isforzi tagħħa sabiex tingħeleb din l-isfida tal-bidla fil-klima u li l-pajjiżi kollha għandhom jimxu fuq il-passi tal-Unjoni Ewropea. |
| F’ Malta, qed tinħoloq aktar | kuxjenza favur l-użu ta’ enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa. Il-Gvern qed jimpenja ruħu permezz ta’ diversi inizjattivi u kampanji edukattivi sabiex tkompli tinbidel il-mentalita’ favur waħda li ma tinċentivax il-ħela, jitnaqqas il-konsum u jitħares l-ambjent. Il-Ministru Pullicino qal ukoll li hemm bzonn li l-pajjizi kollha jkomplu jagħmlu sfroz kollettiv sabiex bħal ma qed jiġri f’Malta l-konsumatur jifhem l-importanza tal-użu bil-għaqal tal-enerġija għax arja nadifa tissarraf fi kwalita’ ta’ ħajja aħjar għal ġenerazzjoni tallum u ta’ għada. |
| DOI – | 18.06.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984