Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR1048
Date Icon 17/06/2009
Reazzjoni għall-Istqarrija tal-Dr Gavin Gulia,Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija u s-Self-Employed
Id-Deputat Gavin Gulia qiegħed jerġa’jesaġera l-affarijiet dwar l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja f’pajjiżna. Il-Gvern qiegħed jaħdem biex inaqqas l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja.
Dan qed jagħmlu f’numru ta’ setturi: fit-turiżmu,billi żied il-baġit tar-reklamar għall-MTA u bi skemi finanzjarji bhal dik li fetħet ilbieraħ għall-industrija tat-turiżmu biex aktar lukandi u ristoranti jiġu modernizzati u jsiru proġetti ta’ estensjonijiet. Qed jagħmel dan billi jaħdem biex jattira lejn pajjiżna aktar investiment, kif jixhdu l-fabbriki ġodda li fetħu fl-aħħar ġimgħat; qed jaħdem ukoll ma’ kumpaniji li ntlaqtu ħażin mill-kriżi internazzjonali, u b’riżultat ta’ dan ġew salvati mal-2,000 impjieg, filwaqt li l-istess kumpaniji se jkunu qed iġibu lejn pajjiżna investiment ġdid.

B’hekk ikompli jinħoloq aktar xogħol.

L-Oppożizzjoni bid-diskors tagħha qedtipprova taghmel il-ħsara lil pajjizna. Hu għajb li l-Oppożizzjoni tipprova taqta’ qalb l-investitur milli joħloq aktar xogħol f’pajjiżna.
Il-Gvern qiegħed jinvesti aktar biex iħaresil-postijiet tax-xogħol u biex jinħolqu impjiegi ġodda. Il-Eurostat ikkonfermat li Malta hi l-aktar pajjiż li kellu l-ogħla rata (1.6%) ta’ żieda fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea kollha. Aktar minn hekk, il-parti l-kbira tal-pajjiżi raw il-qgħad tagħhom ikompli jikber. Dan hu riżultat tal-ħidma li qiegħed iwettaq il-Gvern.
Il-Gvern qiegħed jinvesti biex jipproteġi l-postijiettax-xogħol. Dan għamlu u jibqa’ jagħmlu minkejja li l-Oppożizzjoni ikkritikat lill-Gvern li d-defiċit kien qiegħed jiżdied. Ta’ min jinnota li qabel l-elezzjoni ta’ dan ix-xahar l-Oppożizzjoni għamlet xahar sħiħ tikkritika lill-Gvern minħabba ż-żieda fid-defiċit, madankollu ġimgħa wara l-elezzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni f’laqgħa tal-Kummissarju għax-Xogħol Vladimir Spidla qal li kull Gvern għandu jinvesti aktar anke jekk jiżdied id-defiċit.
L-istrateġija tal-Gvern hi ċara u konsistenti,filwaqt li l-Oppożizzjoni tbiddel il-verżjoni skont iż-żmien u skont ma’ min tkun qed titkellem.

DOI – 17.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow