JIBDA T-TQASSIM TAL-VOUCHERS GĦAL BOZOZ ENERGY SAVING B’XEJN – INNAQQSU L-KONSUM, INĦARSU L-AMBJENT
PR1047
17/06/2009
| Mil-lum beda it-tqassim | tal-vouchers li se jintitolaw lill-familji Maltin u Għawdxin għal bozoz energy saving b’xejn. Waqt konferenza stampa il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino qal li it-twettieq ta’ din il-wegħda elettorali, se tgħin lill-Maltin u l-Għawdxin ikomplu jadottaw miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-elettriku u fl-istess waqt tgħin biex jitħares l-ambjent. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar li familja | b’persuna jew tnejn se tkun intitolata għal ħames bozoz, familja ta’ tlieta jew erba’ persuni se tkun intitolata għal tmien bozoz filwaqt li familja ta’ ħames persuni jew aktar se tkun intitolata għal għaxar bozoz. Il-vouchers qed ikunu mpustati lil dawk il-persuni li fuqhom jinħareġ kont għall-konsum domestiku tad-dawl u l-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. |
| Bi tħejjija għall-iskema, fl-aħħar xhur l-Awtorita | ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rreġistrat dawk il-bozoz li laħqu l-kriterji taċ-Charter Ewropew dwar il-bozoz energy saving. Dan il-proċess wassal biex fl-iskema qed jieħdu sehem 12-il importatur bi 13-il ditta ta’ bozoz b’ħajja minima ta’ 10,000 siegħa. |
| Il-vouchers se jkunu jistgħu jissarfu | f’madwar 240 ħanut f’Malta u Għawdex. Il-konsumatur huwa liberu li jsarraf dan il-voucher f’ħanut tal-għażla tiegħu rrispettivament mill-lokalita’ fejn joqgħod. Mal-voucher il-familji sejrin jircievu wkoll karta b’lista tal-ħwienet approvati kif ukoll bid-ditti tal-bozoz li qed jiparteċippaw fl-iskema. Mal-ħwienet approvati qed titwaħħal ukoll sticker sabiex tindika li l-ħanut huwa awtorizzat biex jipparteċipa f’din l-iskema. Hu importanti li min imur biex isarraf il-voucher jieħu miegħu l-karta tal-identita’. |
| Meta wieħed imur f’ħanut għalhekk se jkollu | għażla mhux biss tad-ditta iżda wkoll tal-għamliet differenti ta’ bozoz. Wieħed jista’ jagħżel il-wattage li jeħtieġ, il-kulur li jrid u t-tip ta’ holder li jkollu bżonn. |
| Il-Ministru Pullcino rringrazzja lil kull min | hu nvolut f’din l-iskema, lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, l-Assoċjazzjoni tal-Importaturi (EIA), l-GRTU, l-MITA għas-software tas-sistema u De La Rue għal-ipprintjar tal-vouchers b’features li jassiguraw is-sigurta’ tal-vouchers. |
| Dawn il-vouchers se jkunu jistgħu jissarrfu | sal-aħħar ta’ Ottubru 2009. Għal aktar informazzjoni wieħed jista jċempel fuq freephone 80072212 jew jibgħat email fuq energyswitch@gov.mt |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984