Left arrow Go Back

JIBDA T-TQASSIM TAL-VOUCHERS GĦAL BOZOZ ENERGY SAVING B’XEJN – INNAQQSU L-KONSUM, INĦARSU L-AMBJENT

PR1047
Date Icon 17/06/2009
Mil-lum beda it-tqassimtal-vouchers li se jintitolaw lill-familji Maltin u Għawdxin għal bozoz energy saving b’xejn. Waqt konferenza stampa il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino qal li it-twettieq ta’ din il-wegħda elettorali, se tgħin lill-Maltin u l-Għawdxin ikomplu jadottaw miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-elettriku u fl-istess waqt tgħin biex jitħares l-ambjent.
Il-Ministru Pullicino fakkar li familjab’persuna jew tnejn se tkun intitolata għal ħames bozoz, familja ta’ tlieta jew erba’ persuni se tkun intitolata għal tmien bozoz filwaqt li familja ta’ ħames persuni jew aktar se tkun intitolata għal għaxar bozoz. Il-vouchers qed ikunu mpustati lil dawk il-persuni li fuqhom jinħareġ kont għall-konsum domestiku tad-dawl u l-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Bi tħejjija għall-iskema, fl-aħħar xhur l-Awtoritata’ Malta dwar ir-Riżorsi rreġistrat dawk il-bozoz li laħqu l-kriterji taċ-Charter Ewropew dwar il-bozoz energy saving. Dan il-proċess wassal biex fl-iskema qed jieħdu sehem 12-il importatur bi 13-il ditta ta’ bozoz b’ħajja minima ta’ 10,000 siegħa.
Il-vouchers se jkunu jistgħu jissarfuf’madwar 240 ħanut f’Malta u Għawdex. Il-konsumatur huwa liberu li jsarraf dan il-voucher f’ħanut tal-għażla tiegħu rrispettivament mill-lokalita’ fejn joqgħod. Mal-voucher il-familji sejrin jircievu wkoll karta b’lista tal-ħwienet approvati kif ukoll bid-ditti tal-bozoz li qed jiparteċippaw fl-iskema. Mal-ħwienet approvati qed titwaħħal ukoll sticker sabiex tindika li l-ħanut huwa awtorizzat biex jipparteċipa f’din l-iskema. Hu importanti li min imur biex isarraf il-voucher jieħu miegħu l-karta tal-identita’.
Meta wieħed imur f’ħanut għalhekk se jkollugħażla mhux biss tad-ditta iżda wkoll tal-għamliet differenti ta’ bozoz. Wieħed jista’ jagħżel il-wattage li jeħtieġ, il-kulur li jrid u t-tip ta’ holder li jkollu bżonn.
Il-Ministru Pullcino rringrazzja lil kull minhu nvolut f’din l-iskema, lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, l-Assoċjazzjoni tal-Importaturi (EIA), l-GRTU, l-MITA għas-software tas-sistema u De La Rue għal-ipprintjar tal-vouchers b’features li jassiguraw is-sigurta’ tal-vouchers.
Dawn il-vouchers se jkunu jistgħu jissarrfusal-aħħar ta’ Ottubru 2009. Għal aktar informazzjoni wieħed jista jċempel fuq freephone 80072212 jew jibgħat email fuq energyswitch@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow