Left arrow Mur Lura

Żjara mill-Għaqda Malta-Kuba lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati

PR1044
Date Icon 16/06/2009
Delegazzjoni tal-GħaqdaMalta-Kuba mmexxija mill-President tal-Għaqda s-Sur Michael Camilleri l-bieraħ għamlet żjara lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onor Louis Galea.
Din iż-żjara saret f’serje ta’laqgħat li l-Għaqda qed ikollha ma’ persuni distinti bi preparazzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Għaqda fil-Brigata Jose Marti li sejra ssir f’’Kuba f’Lulju  li ġej.
Din hija t-tielet sena lil-Għaqda Malta-Kuba ser tipparteċipa f’din l-attività annwali li ssir f’Kuba sabiex membri ta’ għaqdiet Ewropej ta’ solidarjetà ma’ Kuba jagħtu l-kontribut tagħhom permezz ta’ xogħol volontarju filwaqt li fl-istess ħin jaraw b’għajnejhom ir-realtà ta’ dan il-pajjiż.
Matul iz-zjara tagħhom f’Kubal-voluntiera jkollhom l-opportunità li jagħmlu xogħol fl-oqsma tal-agrikoltura u kostruzzjoni, xogħol utli ħafna, speċjalment meta tqis li s-sena l-oħra Kuba ntlaqtet minn tlett uragani li għamlu ħafna ħsara.

DOI – 16.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow