Left arrow Go Back

ħruġ ta’ €100,000,000 ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern

PR1043
Date Icon 16/06/2009
L-‘Accountant General’iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €20,000,000 nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2009 kif ġej:-
(i) 3.6% StockTal-Gvern Ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue, jew
(ii) 5.2% StockTal-Gvern Ta' Malta 2020 (I) Fungibility Issue, jew
(iii) F’ammontimiż-żewġ Stocks imsemmija b’valur nominali flimkien  ta’ €100,000,000.
Il-prezz għal kull stockgħandu jiġi stabbilit tlett (3) iġranet qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet. Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej,jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ :
(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 24 ta’Ġunju, 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna,
(ii) nofsinhar il-Ġimgħa 26ta’ Ġunju,  2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt

Aktar tagħrif dwar dawn l-‘istocks’ jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-‘website’ tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).

DOI – 16.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow