STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR1041
15/06/2009
| L-istrateġija | tal-Oppożizzjoni hi li tagħmel ħsara lil pajjiżna |
| Il-kriżi ekonomika u finanzjarja | internazzjonali qed tħalli effett fuq kull pajjiż fid-dinja, inkluż fuq pajjiżna. Madanakollu bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa l-Gvern Malti fosthom id-dħul tal-ewro u l-investiment f’setturi produttivi, qed iservu ta’ kenn minn din il-kriżi. Il-Gvern qiegħed jintervjeni wkoll b’mod dirett biex fejn hu possibbli jħares l-impjiegi tal-ħaddiema. |
| L-istrateġija tal-Kap | tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li jesagera l-affarijiet f’pajjiżna għal gwadann politiku tiegħu hi perikoluża ħafna. Id-diskors tiegħu li jkabbar dak li għaddej minnu f’pajjiżna tista’ toħloq inċertezza bla bżonn fost l-investituri. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jkabbar iċ-ċifri tat-tnaqqis fil-GDP. Għamel dan mingħajr ma bbaża dak li qal fuq il-fatti. Din mhix politika serja, imma politika li turi opportuniżmu sfrenat. |
| F’dan il-mument, meta d-dinja | għaddejja minn kriżi u eluf ta’ impjiegi qed jintilfu mal-kontinent kollu, pajjiżna għandu jingħaqad flimkien. L-Oppożizzjoni għażlet li tilgħab logħba politika partiġġjana. Għal gwadann politiku tagħha, l-Oppożizzjoni qed tuża diskors li jagħmel ħsara lil pajjiżna bir-riskju li tnaffar investiment li l-Gvern qiegħed jaħdem għalih. |
| DOI – | 15.06.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984