Left arrow Mur Lura

GĦARFIEN DWAR ABBUŻ FUQ ANZJANI

PR1039
Date Icon 15/06/2009
Fl-okkażjonital-Jum Dinji dwar l-abbuż fuq Anzjani, li qiegħed jiġi mfakkar illum, is-Segretarjat għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita` sellem lil dawk il-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom b’dedikazzjoni.  Sfortunatament iżda, hawn oħrajn li ma jagħmlux dan.
L-abbuż, li jista’jsir minn xi ħadd li jgawdi mill-fiduċja tal-anzjan, jista’ jkun abbuż psikoloġiku, fiżiku, sesswali, emozzjonali, soċjali u finanzjarju u jista’ jieħu l-forma wkoll ta’ negliġenza li hija kkunsidrata bħala forma ta’ abbuż.  Għalhekk, is-Segretarjat appella biex il-pubbliku jkun aktar viġilanti u jirrapporta minnufih kull tip ta’ abbuż suspettat.
Bil-għan li jiġievitat kull lok għall-abbuż fuq anzjani, id-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita` ħejja dokument li jindika l-politika użata f’dan ir-rigward.  Id-dokument, li ffoka fuq ir-Residenza San Vinċenz De Paul, bħalissa qiegħed jiġi diskuss mal-impjegati tar-residenza li huma involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni relatat. Id-dokument jinforma lil kull impjegat tar-Residenza San Vinċenz De Paul dwar x’passi għandhom jittieħdu f’każijiet ta’ abbuż li jkunu raw jew issuspettaw.
Aktar kmieni dinis-sena, is-Segretarjat għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ waqqaf kumitat apposta sabiex tiġi stabbilita politika nazzjonali dwar abbuż fuq anzjani.   Dan qiegħed isir b’konsultazzjoni ma’ esperti fil-qasam, bl-iskop li l-anzjani jiġu protetti minn persuni li lesti jwettqu abbuż.
Is-Segretarjatstieden lil min għandu xi suspetti ta’ abbuż biex jirrapporta minnufih il-każ suspettat lis-social workers tad-Dipartiment tal-Anzjani.  Fil-fatt, wieħed mis-servizzi li joffri d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ huwa dak ta’ social workers li jinvestigaw u jagħtu l-għajnuna lil dawk l-anzjani li jkunu qed iġarrbu xi tip ta’ abbuż. Ir-rwol tas-social worker huwa li jkun id-difensur u l-vuċi għal dak l-anzjan jew anzjana li mhux dejjem ikunu f’pożizzjoni li jiddifendu d-drittijiet tagħhom.
Is-socialworkers jistgħu jiġu kkuntattjati fuq in-numru tat-telephone 21 485120.
DOI –15.06.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow