Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI L-ONOR. LEO BRINCAT

PR1038
Date Icon 15/06/2009

L-Oppożizzjoni tibqa’ nieqsa mill-politika serja

Il-Gvern għandu viżjoni udirezzjoni ċara fil-qasam ambjentali. Il-Gvern poġġa fil-qalba tal-politika tiegħu l-ambjent u bil-fatti fil-qasam tal-enerġija mir-riħ biss il-Gvern installa ammont ta’ turbini żgħar f’postijiet differenti fosthom fiċ-ċentri għall-iskart goff.  Saret applikazzjoni u se jsiru aktar studji biex f’pajjiżna jibda jiġi ġenerat ukoll l-elettriku mir-riħ permezz ta’ turbini.  B’hekk titjieb il-kwalita’ tal-arja u dan ikun ta’ ġid għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.  F’dan kollu l-Gvern flok sab l-appoġġ sab biss ostakoli minn naħa tal-Oppożizzjoni.
Bl-istqarrija tal-luml-Oppożizzjoni qed turi kemm hija xotta fl-ideat, u ma għandha l-ebda politika ambjentali serja fuq x’hiex tibbaża l-argumenti tagħha. L-isfidi ambjentali jingħelbu mhux biċ-ċelebrazzjonijiet imma b’deċiżjonijiet li jkunu ambjentalment tajba.
L-Oppożizzjoni ssibha komda litoħroġ stqarrijiet biex tikkritika u tfettaq imma mbagħad issib problema kbira biex toħroġ bi proposti konkreti.

DOI – 15.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow