Stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni b’risposta għal stqarrija tal-Kelliem tal-Oppozizzjoni l-Onor. Stefan Buontempo
| It-Tiġdid tal-Kunsilli Lokali jsaħħaħ l-Awtonomija | tal-Kunsilli Lokali b’aktar responsabbiltajiet li se jingħataw |
| L-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern permezz tat-tiġdid | huma intiżi biex il-Kunsilli Lokali jagħtu l-aqwa servizz u jilħqu x-xewqat tar-residenti. |
| Biex isir dan, qed jitressqu diversi emendi li | ser jagħmluha possibbli biex il-Kunsilli Lokali jingħatawlhom aktar responsabbiltajiet u awtonomija f’diversi oqsma li sal-lum għadhom f’idejn il-Gvern. |
| Fost dawn ir-responsabbiltajiet insibu li l-Kunsilli | Lokali: |
- jippromwovu inizjattivi ta’ politika soċjali fil-lokalitajiet b’ħidma mal-persuni bi bżonnijiet speċjali, ma’ tfal u żgħażagħ bi problemi ta’ illitteriżmu, ma’ anzjani fil-kura fil-kommunità, kif ukoll b’inizjattivi fil-qasam tal-kura preventiva;
- iħarsu l-identità lokali u għalhekk jieħdu inizjattivi biex iħarsu l-wirt storiku, kulturali, tradizzjonijiet u folklor; u jorganizzaw attivitajiet kulturali li jippromwovu l-lokalità b’kull mod;
- isostnu lill-artisti, mużicisti u sportivi mil-lokal tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom;
- iħarsu l-ambjent naturali u urban, u jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jassiguraw użu aktar effiċjenti tal-energija, immaniġġjar tal-iskart u inizjattivi għat-tħaris tal-klima;
- iħaddmu l-kunċett ta’ life long learning, jipprovdu servizz ta’ librerija u jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-iskejjel wara l-ħin tal-iskola;
- jipprovdu fejn hemm bżonn child care centres, day centres għall-anzjani u night shelters.
.
| Biex il-Gvern jaċċerta awtonomija sħiħa, diġà | żied b’mod sostanzjali l-fondi allokati għall-Kunsilli Lokali u dan sabiex jassigura li dawn ikunu jistgħu jaqdu aħjar il-funzjonijiet tagħhom. |
| Infatti diġà kien hemm żieda ta’ 17% fl-allokazzjoni | diretta tal-Kunsill Lokali għas-sena 2009 u ġew introdotti diversi fondi speċjali. Qed tingħata kull għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex jiksbu fondi tal-Unjoni Ewropea u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena l-Kunsilli Lokali bbenefikaw minn ammont record ta’ fondi tal-UE. Għaddej ukoll proċess biex il-Kunsilli Lokali jkollhom aktar riżorsi umani. |
| Il-Gvern irid jaċċerta wkoll li din l-awtonomija | tkun mibnija fuq implimentazzjoni effiċjenti u superviżjoni effettiva billi jiġi assigurat b’kull mod, li l-Kunsilli Lokali joperaw fl-ambitu tal-liġi u tar-regolamenti finanzjarji. |
| Ghalhekk l-emendi li qed jitressqu jinkludu | provedimenti li jaħsbu biex jassiguraw li ma jkunx hemm abbużi u ksur tal-liġi. Li l-liġi tassigura li jiġu osservati b’kull mod ir-regolamenti finanzjarji ma tistax tiġi meqjusa bħala tnaqqis ta’ awtonomija. |
| Kien dan il-Gvern li emmen bis-sħiħ fil-kunċett | ta’ sussidjarjetà u fil-fatt kien dan il-Gvern li minkejja ħafna xettiċiżmu, introduċa l-Kunsilli Lokali f’Malta u sostnihom matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena. |
| Bit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali l-Gvern qiegħed | isaħħaħ dan il-prinċipju u jaċċerta li d-deċiżjonijiet jittieħdu aktar qrib ir-resident – u l-istess deċiżjonijiet iwasslu għall-kwalità ta’ ħajja aħjar. |
DOI - 12.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984