STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR1031
12/06/2009
| Pożizzjoni opportunista u rresponsabbli | mill-Oppożizzjoni |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jirreferi għal stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sajd, l-Onor. Joe Sammut dwar l-egħluq tal-istaġun tas-sajd għat-tonn. |
| Għal | darb’oħra, l-Oppozizzjoni Laburista qed tieħu pożizzjoni rresponsabbli li tkompli tikkonferma l-politika ta’ opportuniżmu tagħha. Il-verita’ hi li minħabba raġunijiet ta’ sostenibbilta’ tal-ispeċi, s-sajd għat-tonn huwa regolat minn Kummissjoni internazzjonali, l-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna) li Malta minn dejjem kienet membru fiha. |
| Din | il-Kummissjoni qablet fuq programm, mifrux fuq numru ta’ snin, li permezz tiegħu l-ispeċi tat-tonn tkun imħarsa u mgħejjuna tirpilja wara snin sħaħ li fihom din l-ispeċi sfat taħt theddida minn sajd fi kwantitajiet kbar u mhux ikkontrollati. |
| Il-kontroll u s-sostenibbilita’ ta’ din l-ispeċi | jibbenefika l-aktar minnhom is-sajjied innifsu li jkun jista’ jserraħ moħħu li jkun jista’ jibqa’ jistad għal din l-ispeċi fis-snin li ġejjin. Dan il-Pjan maqbul fuq livell internazzjonali jispeċifika li fuq numru ta’ snin, il-kwoti nazzjonali tas-sajd għat-tonn, inkluż dik ta’ Malta, jonqsu b’mod gradwali sakemm jilħqu livelli li ma jheddux l-eżistenza ta’ din l-ispeċi. |
| Dan | wassal lill-Gvern biex, bi qbil mal-Koperattivi tas-Sajjieda Maltin, ifassal skema ta’ allokazzjoni tal-kwota nazzjonali b’mod li minnha jibbenefika kulħadd. |
| Illum, hekk kif kien magħruf li din il-kwota | ntlaħqet, id-Diviżjoni tas-Sajd, kif inhi obbligata li tagħmel u b’responsabbilta’, infurmat lis-sajjieda, permezz tal-Koperattivi tagħhom, li kellhom jieqfu b’mod immedjat milli jkomplu bis-sajd għal din l-ispeċi. Irid ikun speċifikat li, kontra għall-impressjoni li tista’ tagħti l-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni, dan il-waqfien jgħodd għal kulħadd, inkluż għal min jistad bix-xibka. |
| Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li jirriżultalna li | pajjiżi oħrajn fil-Mediterran ukoll ħabbru passi li permezz tagħhom qed iwaqqfu s-sajd għal din l-ispeċi qabel it-tmiem tal-istaġun minħabba li laħqu l-kwoti tagħhom. |
| Il-Ministeru jrodd ħajr liż-żewġ Koperattivi | tal-koperazjoni tagħhom tul dan il-proċess kollu, inkluż biex jiżguraw li jinfurmaw lill-membri tagħhom b’din id-deċiżjoni. Ringrazzjament partikolari jmur ukoll lill-Forzi Armati ta’ Malta għall-koperazzjoni kontinwa tagħhom fl-infurzar tar-regolamenti, kif ukoll lis-sajjieda nfushom li jirrispettaw ir-regolamenti. |
| Bħalma għamel s’issa, l-Gvern se jibqa’ jimxi id | f’id mar-rappreżentanti tas-sajjieda fl-immaniġġjar tas-sajd għal din l-ispeċi, kif ukoll b’rispett lejn l-obbligi ambjentali u internazzjonali ta’ pajjiżna. |
| Jidher li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dan ma | tantx jinteressah, tant li mkien ma jirreferi għal dawn l-obbligi fl-istqarrija tiegħu. |
| Wieħed jistenna li d-diversi għaqdiet, kemm | lokali kif ukoll internazzjonali, li dejjem ħadmu għal miżuri favur is-sostenibbilta’ ta’ din l-ispeċi, issa jieħdu nota tal-istqarrija tal-Oppożizzjoni u huma wkoll jifhmu b’liema politika ta’ opportuniżmu timxi biha l-Oppożizzjoni. |
DOI - 12.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984