Open Weekend fiċ-Ċentru għal Matul il-Jum ‘Santa Marta’ f’Għawdex
PR1030
12/06/2009
| Bejn il-Ġimgħa 12, u l-Ħadd 14 ta’Ġunju 2009, | iċ-Ċentru ta’ matul il-Jum – Santa Marta f’Għawdex, ser ikun miftuħ għall-pubbliku. Iċ-ċentru għal matul il-jum ‘Santa Marta’ ġie inawgurat mill-Onor. Lawrence Gonzi, Prim Ministru fit-2 ta’Ġunju, waqt ċerimonja li għaliha attendew fost l-oħrajn, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono flimkien mal-persuni li sa issa kienu jagħmlu użu mis-servizzi ta’ l-Adult Training Centre f’Għajnsielem u l-familji tagħhom. |
| Permezz tal-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru ġdid, madwar | erbgħin persuna bi bżonnijiet speċjali li regolarment jagħmlu użu minn ċentru ta’ matul il-jum f’Għawdex, issa bdew jiltaqgħu f’post aktar ċentrali, mgħammar u attrezzat biex jaqdi l-eżiġenzi ta’ dawn il-klijenti, f’ambjent akkoljenti li jinsab qrib iċ-ċentru tal-belt Victoria. |
| Dan iċ-ċentru ġdid inbena bl-iskop li | l-Ministeru għal Għawdex ikun jista’ jtejjeb is-servizzi li ilhom jingħataw f’dan il-qasam matul dawn l-aħħar tletin sena. Dan il-proġett mhux biss kien jinkludi l-bini u t-tagħmir ta’ ċentru ġdid, iżda fisser ukoll ir-riorganizzazzjoni tas-servizzi marbuta miegħu billi fil-pjanijiet ingħatat ukoll attenzjoni biex jiġu mtejba t-tmexxija u l-funzjonalità tiegħu. |
| Permezz ta’ laqgħat bejn il-Ministeru għal | Għawdex, professjonisti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Management ta’ l-Adult Training Centre, setgħu jiġu ppjanati aħjar il-faċilitajiet li ser ikun qed joffri ċ-ċentru ‘Santa Marta’, kif ukoll aktar effiċjenza fit-tqassim tar-riżorsi. |
| Dawk li ser iżuru dan iċ-ċentru matul l-open | weekend li qed jiġi organizzat, ser ikunu jistgħu jaraw dawn il-faċilitajiet ġodda li jinkludu kmamar fejn il-persuni bi bżonnijiet speċjali li l-età tagħhom tvarja minn 19 sa’ aktar minn 60 sena, ser ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin jitgħalmu ħiliet jew snajja bħal m’huma l-kompjuter, xogħol fl-injam u l-fuħħar, u xogħol ieħor ta’ l-idejn. |
| Kmamar oħra huma mgħammra biex jintużaw għal | mistrieħ u oħrajn li jgħinhuhom jiksbu ħiliet biex jgħixu ħajja aktar indipendenti. B’kollaborazzjoni ma’ terapisti u professjonisti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-klijenti ta’ dan iċ-ċentru ser jingħataw ukoll servizzi terapewtiċi fosthom l-użu ta’ Hammett Bath. |
| Fuq kollox iċ-Ċentru ‘Santa Marta’ ser ikun qed | jagħti attenzjoni u jaqdi l-eżiġenzi individwali ta’ dawn il-persuni li lkoll għandhom abiltajiet diversi u li allura jenħtieġu servizzi u attenzjoni differenti. |
| Il-faċilitajiet fiċ-ċentru għal matul il-jum | ‘Santa Marta’ ser jinkludu wkoll one-stop-shop li ser ikun qed jiffunzjona minn uffiċċju li jinsab ħdejn l-entratura. Dan l-uffiċċju, li huwa mmexxi flimkien mal-Federazzjoni Għawdxija persuni b’Diżabilità, jinkorpora s-servizzi kollha mogħtija fil-qasam tad-diżabilità f’Għawdex u għalhekk jiffaċilità b’mod effettiv lil dawk li jiġu bżonn dawn is-servizzi billi jnaqqas l-iskariġġ u jżid l-effiċjenza. |
| Iċ-ċentru ‘Santa Marta’ ser jipprovdi spazju | biex dan is-servizz ta’ one-stop-shop li kien mwaqqaf madwar sena ilu, jibda jingħata minn uffiċċju aktar adegwat, bl-għajnuna ta’ tagħmir aktar modern fl-ambjent stess fejn huma jiltaqgħu kuljum. |
DOI - 12.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984