IL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ FOST L-EQREB KOLLABORATURI TAL-PARLAMENT MALTI
| “Il-poplu Malti u Għawdxi jiddependi ħafna fuq | il-ħila, l-intelliġenza u l-impenn tagħkom fil-Parlament Ewropew u fil-Kumitati u l-fora tiegħu, biex iħares l-interessi u l-ġid komuni ta’ Malta u biex jissieħeb b’mod produttiv fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea. Intom tistgħu twettqu diplomazija parlamentari tal-ogħla valur b’appoġġ għall-inizjattivi politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-Parlament u l-Gvern Malti.” |
| Dan sostnieh Dr Louis Galea, l-iSpeaker | tal-Parlament Malti meta dalgħodu ltaqa’ għall-ewwel darba mal-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) il-ġodda. Għal-laqgħa attendiet ukoll l-Iskrivan tal-Kamra, Pauline Abela. |
| Louis Galea beda billi feraħ | lill-Membri Parlamentari Ewropej (MPE) eletti fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda. “L-għażla tagħkom ma tirriflettix biss messaġġ politiku lill-partiti li tirrappreżentaw, imma hija wkoll xhieda tal-fiduċja ċara li l-poplu Malti u Għawdxi qed juri fikom u fl-impenn li bih intom ser issegwu l-interessi tal-poplu tagħna sew fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżna stess.” |
| Louis Galea saħaq li huwa jqis il-MPE Maltin | bħala fost l-eqreb kollaboraturi tal-Parlament Malti. Infatti l-MPE jieħdu sehem ukoll fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament Malti filwaqt li l-Membri Parlamentari Maltin jieħdu sehem f’lagħat konġunti tal-Parlament Ewropew. “Aħna nsegwu mill-qrib u b’interess il-ħidma tagħkom. L-iżviluppi istituzzjonali li qed iseħħu fi ħdan l-Unjoni Ewropea jimponu fuqkom responsabbiltajiet mhux żgħar biex jiġi assigurat li fid-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew, l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi jiġu mħarsa u miġjuba ‘l quddiem bl-aħjar mod u riżultati possibbli.” |
| “Bħala Speaker tal-Parlament Malti rrid li | tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-Membri fil-Parlament tagħna u l-MPE. Nemmen li għandna x’nitgħallmu mill-esperjenza u l-ħidma tagħkom. Fl-istess ħin irrid nassigurakom mill-appoġġ li jista’ jkollkom bżonn fit-twettiq tad-dmirijiet tagħkom.” |
| Louis Galea fakkar li bir-rattifika tat-Trattat | ta’ Lisbona l-Parlamenti Nazzjonali ser jingħataw sehem determinanti bħala intermedjarji bejn il-popli Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-UE fi Brussell. Il-Parlamenti Nazzjonali tad-diversi pajjiżi qed jiġu mitluba jaħdmu ħalli l-popli jkunu jafu sew x’qed jiġi propost, diskuss u deċiż fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex jassiguraw li l-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu kas l-interessi u t-tħassib tal-popli. |
| Louis Galea fakkar li bir-ratifika tat-Trattat | ta’ Lisbona l-Parlamenti Nazzjonali ser jiksbu: |
| a) | id-dritt li jiġu mgħarrfa direttament u mill-ewwel b’kull proposta li ssir fil-Kummissjoni, fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew; |
| b) | id-dritt li jagħtu l-veduti tagħhom; |
| c) | id-dritt li joġġezzjonaw u li jitolbu rikonsiderazzjoni tal-każ jekk terz tal-Parlamenti nazzjonali jiftiehmu; |
| d) | id-dritt li jwaqqgħu proposti jew liġijiet jekk maġġoranza ta’ Parlamenti jingħaqdu flimkien; |
| e) | id-dritt li jappellaw minn deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE f’każ ta’ ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; u |
| f) | id-dritt li jivverifikaw l-osservanza tal-principji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-ħidma kollha tal-UE. |
| Louis Galea fakkar ukoll li kull Parlament | Nazzjonali għandu saħħa ta’ veto fuq kull kwistjoni ta’ liġi tal-familja li jista’ jkollu mpatt fuq il-pajjiż anke jekk il-Kunsill tal-Ministri jkun unanimu dwarha. |
| Louis Galea fisser l-importanza kruċjali li | għandu l-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament Malti presedut mill-Onor. Michael Frendo fir-relazzjonijiet bejn iz-zewġ parlamenti u fil-laqgħat tal-Kumitati Parlamentari dwar l-Affarijiet Ewropej (COSAC) li jiltaqa’ regolarment. |
| Dr | Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza li l-Parlament Malti jwettaq l-istedina li għandu biex ikollu r-rappreżentant permanenti tiegħu fi Brussell biex ikun assigurat ħafna aktar il-koordinament bejn iż-żewġ Parlamenti. |
| Is-Sur Louis Grech enfasizza li l-MPE ser jaħdmu | flimkien favur l-aġenda nazzjonali u li l-Parlament Ewropew, bit-tibdil li qed isir, ser jgħin biex ikun aktar viċin ic-ċittadini. |
Fid-diskussjoni li segwiet l-MPE tkellmu dwar:
· l-importanza tas-sehem tagħhom fil-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament Malti;
· dwar l-importanza li jkun hemm kuntatt aktar effettiv mal-MEUSAC;
· l-importanza li jkunu involuti minn kmieni fid-diskussjoni dwar l-impatt ta’ miżuri u inizjattivi li jiġu proposti mill-istituzzjonijiet Ewropej;
· l-importanza li jkun hemm sinerġija tar-riżorsi limitati u l-kuntatti li jkunu qed isiru mill-Gvern u parlamentari f’fora internazzjonali differenti;
· u dwar il-ħtieġa li l-Parlament Malti jorganizza ruħu aħjar biex ikun jista’ jlaħħaq mad-domanda l-ġdida li ser ikollu minħabba s-sehem aktar dirett fil-leġislazzjoni Ewropea.
L-iSpeaker Louis Galea awgura suċċess fil-ħidma tagħhom lil John Attard Montalto, Simon Busuttil, David Casa, Louis Grech u lil Edward Scicluna kif ukoll lil Joseph Cuschieri li nittamaw jieħu postu mill-aktar fis possibbli.
DOI - 12.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984