Investiment u impjiegi ġodda fil-farmaċewtika
PR1027
12/06/2009
| Il-kumpanija tal-farmaċewtika Solea Pharma | investiet €2 miljun f’fabbrika ġdida li tilħaq l-istandards ta’ kwalità internazzjonali f’Bulebel. Il-fabbrika l-ġdida nfetħet uffiċjalment dalgħodu mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech. |
| Il-kumpanija diġà timpjega magħha 10 min-nies u | mistennija żżid dan in-numru għal 25 sas-sentejn li ġejjin. Il-Ministru Fenech qal li aħbar bħal din hija possibbli għaliex Malta qed toffri prodott sħiħ li jinkludi leġislazzjoni moderna u ta’ kwalità, ħaddiema mħarrġa u kwalifikati u assistenza professjonali u effiċjenti mill-entitajiet responsabbli għall-investiment f’pajjiżna, il-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks. |
| Il-kumpanija Solea Pharma tifforma parti minn | Gadea Pharma, intrapriża Spanjola li tħaddem 250 impjegat f’numru ta’ pajjiżi differenti. |
| B’referenza għal dan, il-Ministru Fenech qal li | l-fatt li kumpaniji ta’ dan il-kalibru jagħżlu Malta biex jinvestu u jespandu, hija rikonoxximent ieħor għall-pożizzjoni li pajjiżna rnexxilu jikseb fil-mappa dinjija tal-investimenti. |
| Din l-aħbar, sostna Tonio Fenech, hija aktar u | aktar pożittiva f’mument fejn id-dinja kollha, inkluża Malta, qed tħares biex issalva l-impjiegi eżistenti, u għalhekk li pajjiżna attira aktar investiment u impjiegi ċertament huwa ta’ sodisfazzjon u kuraġġ kbir. Kompla jgħid li investiment ta’ din il-kwalità jikkonferma t-triq li għaddej biha l-Gvern biex anke fis-settur tal-manifattura Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza sal-2015. |
| Il-Ministru ta ħarsa wkoll lejn is-settur | tal-farmaċewtika li issa jħaddem aktar minn 1,000 persuna grazzi għal investimenti differenti minn pajjiżi bħal Spanja, l-Indja, l-Iżvizzera, l-Italja, l-Irlanda u l-Iżlanda. Huwa rrefera wkoll għall-kummenti tas-Chief Executive Officer, Gerardo Gutierrez, li fid-diskors tiegħu faħħar id-disponibbiltà ta’ ħaddiema mill-aktar kapaċi f’pajjiżna. F’dan is-sens, Tonio Fenech irringrazzja lill-Università ta’ Malta, lill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknologija, u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, għall-korsijiet u t-taħriġ li wasslu biex is-sena l-oħra biss, aktar minn 320 student iggradwaw f’xi suġġett xjentifiku. |
| DOI – | 12.06.2009 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984