Left arrow Mur Lura

MGHOLLI L-LIVELL TAL-ALLERT TAL-PANDEMIJA

PR1026
Date Icon 11/06/2009
L-GħaqdaDinjija tas-Saħħa kmieni wara nofsinhar għolliet l-iskala tal-allert tal-pandemija minn skala ħamsa għall-skala sitta. Dan ifisser li issa fil-fatt ġiet iddikjarata pandemija. S’issa ġew konfermati 1,565 każ fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-European Free Trade Area u 27,689 każ f’53 pajjiż ieħor madwar id-dinja.
Il-Kumitat fi ħdan il-Ministeru għall-PolitikaSoċjali ltaqa’ tard wara nofsinhar biex jevalwa s-sitwazzjoni fuq livell globali u kif din tolqot lil Malta. Irid jingħad li s’issa ma ġie rappurtat l-ebda każ ta’ Influwenza A (H1N1) f’Malta.
Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-Gvern baqa’ għaddejbil-preparamenti. Il-Health Pandemic Committe u n-National Strategic Pandemic Committee baqgħu jiltaqgħu b’mod regolari. Kontinwament qegħdin f’kuntatt mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u mal-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) biex insegwu dak li għaddej mhux biss fl-Ewropa, imma mad-dinja kollha.
Sadanittant b’riferenza għal dak li ġierappurtat minn sezzjoni ta’ media barranija, fejn qalu li persuna barranija li kienet f’Malta kellu s-sintomi tal-Influwenza A (H1N1) wara li din il-persuna telqgħet minn Malta, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qegħdin f’kuntatt mal-Awtoritajiet Ġermaniżi biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar dan il-każ. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard f’dawn l-aħħar xhur żied is-sorveljanza tiegħu u kull l-iċken suspett ġie investigat. Ir-riżultati s’issa kienu kollha negattivi.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa jerġgħu jisħqul-importanza ta’ monitoraġġ kontinwu u jfakkru lill-pubbliku li kull min jirritorna minn xi pajjiż fejn hemm numru sostanzjali ta’ każijiet u fi żmien 7 t’ijiem jiżviluppa d-deni u s-sintomi tal-influwenza, għandu joqgħod id-dar u jċempel għat-tabib. Il-pubbliku huwa għal darba oħra imfakkar li l-aħjar mod biex wieħed jilqa’ kontra t-tixrid tal-marda huwa permezz tal-iġjene personali bħal għatiż f’tissue li tiġi mormija minnufih u ħasil tal-idejn spiss bl-ilma u bis-sapun. Kull min hu marid għandu jżomm ’l bogħod min-nies oħra u ħadd m’għandu jieħu l-mediċina Tamiflu mingħajr l-ordni tat-tabib.
F’każ ta’ diffikulta l-pubbliku jista’ jċempelgħal parir fuq 21324086.

DOI - 11.06.09

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow