Left arrow Go Back

KAMPANJA gĦal iktar gĦarfien tal-marda tad-diabete

PR1023
Date Icon 11/06/2009
“Id-dijabete hija kondizzjoni li sfortunatamentqegħda tiżdied fil-prevelanza tagħha mad-dinja kollha. Malta m’hiex eċċezzjoni, dejjem kellna rata għolja ta’ dijabete f’pajjiżna u dan l-aħħar snin qeghda tikber bħal kumplament tad-dinja.” Dan intqal mill-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, meta  kien qed jinawgura l-kampanja għal iktar għarfien tal-marda tad-diabete, fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-isptar Mater Dei.
Dr. Cassar ħabbar ukoll li “l-gvern se jwaqqafin-‘National Steering Committee’ taħt id-direzzjoni ta’ Dr. Stephen Fava, biex naraw kif bħala pajjiż nistgħu nilqgħu għal din il-problema”.
Meta d-dijabete taffettwa liż-żgħażagħ, ħafnadrabi jkollha mpatt psikoloġiku. Dawn jistgħu jħossuhom iżolati u differenti minn dawk ta’ l-istess eta’ tagħhom. Din id-differenza m’għandiex għalfejn tinħass. Id-dipartiment tad-dijabete diġa’ joffri servizz b’mod ħollistiku, li jieħu f’kunsiderazzjoni l-aspetti emottivi u psikoloġiċi.
It-twaqqif tad-‘Diabetes Association In Supportof Youth’ jew kif magħrufa aħjar bħala ‘DAISY’, għandha l-għan li torganiżża attivitajiet edukattivi kif ukoll ta’ divertiment għaż-żgħażagħ bid-diajbete u għall-ħbieb tagħhom.
“Din hija ħolqa oħra u eżempju ta’ koperazzjonibejn il-gvern u l-volontarjat biex inkomplu noffru servizz effettiv għall-pazjenti tagħna”, temm jgħid Dr Cassar.

DOI – 11.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow