Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI, JNIEDI KONKORS TA’ KITBA: “LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ”

PR1017
Date Icon 09/06/2009
Bl-għan li tiżdied il-possibiltà ta’ aktarawturi li jiktbu għall-adolexxenti, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, nieda konkors ta’ “Letteratura għaż-Żgħażagħ”.
F’konferenza tal-aħbarijiet is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, qal li dan il-proġett ser jagħti opportunità biex fuq medda ta’ snin tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ adoloxxenti (12-17-il sena) li fil-preżent jinħass nuqqas tagħha.
Clyde Puli qal li l-awturi jkunu mistiedna lijissottomettu l-manuskritti tagħhom sal-11 ta’ Novembru 2009 – jiġifieri il-parteċipanti ser ikollhom ħames xhur biex jaħdmu fuq il-manuskritt. La darba jagħlaq iż-żmien tas-sottomissjonijiet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, se jaħtar ġurija esperta biex tiġġudika l-aħjar xogħlijiet bir-riżultat jitħabbar fit-12 ta’ Jannar 2010.
Il-ġurija esperta ser tagħżel żewġ testirebbieħa bl-iskop li tippublikahom. Bl-għan li dan il-konkors iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, ser jingħata ukoll premju speċjali lil dak l-awtur żagħżugħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, li jkollu l-aħjar biċċa xogħol ta’ kitba.
Min-naħa tiegħu l-President tal-KunsillNazzjonali tal-Ktieb Dr. Ġorġ Mallia, fisser dan il-konkors bħala mezz kif tista’ tinħoloq niċċa ġdida ta’ qari għal-adolexxenti Maltin. Huwa spjega kif l-awturi parteċipanti għandhom jiktbu manuskritt bil-Malti ta’ bejn 20,000 kelma u 25,000 kelma u għandhom jiktbu skond kif spjegat fir-regolamenti meħtieġa għall-konkors. Hu rringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport li ta l-appoġġ kollu tiegħu biex dan il-konkors jista’ jsir bit-tama li jkun suċċess u jsir fuq bażi annwali.

DOI – 09.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow