Left arrow Mur Lura

Jibdew ix-xogħlijiet fi pjazza San ĠorĠ

PR1016
Date Icon 09/06/2009
Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali,l-Onor. George Pullicino, illum żar ix-xogħlijiet li għadhom kemm bdew bħala parti mir-riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Ġorġ, fil-belt Valletta.
Din il-pjazza fil-qalba tal-Belt Kapitalijixirqilha li tingħata dehra ġdida u ħajja.  Dan hu proprju l-ħsieb ewlieni wara d-disinn ta’ din il-pjazza; li jkollha ħajja ġdida u terġa’ tingħata lill-pubbliku bħala spazju miftuħ.
Ix-xogħlijiet fuq din il-Pjazza huma ppjanati lijkunu lesti sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena b’investiment ta’ ‘l fuq minn miljun ewro fuq medda ta’ 4,000 metri kwadri;  b’użu ta’ materjal naturali bħal m’huwa l-porfido u l-lava.
Matul dawn il-jiem, qed jinqala’ l-madumtas-siment sabiex issir is-‘sodda’ għall-pavimentar u l-funtana, li bla dubju ta’ xejn se sservi ta’ attrazzjoni prinċipali. Din il-funtana tirrappreżenta l-funtana antika li kien hemm fl-istess pjazza, li kienet installata meta l-ilma kien imwassal għall-Belt għall-ewwel darba u kien il-punt fejn kien jisbokka l-ilma mill-akwedott ta’ Wignacourt.
Dan il-progett huwa parti mir-riġenerazzjonital-belt kapitali tagħna sabiex terġa’ tingħata l-ħajja.  Il-Gvern qiegħed iwettaq aktar minn 80 proġett differenti. Fost dawn insibu proġetti ta’ restawr kontinwu, tisbiħ ta’ promenades bħal m’huwa l-proġett ta’ Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk,  u xogħol ta’ restawr ieħor fil-Belt Kapitali bħal m’huma l-faċċati tal-Palazz Presidenzjali, il-faċċata tal-Biblioteka, kif ukoll ser jingħata bidu għar-restawr tal-faċċati tal-Berġa ta’ Kastilja.

DOI – 09.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow