Jibdew ix-xogħlijiet fi pjazza San ĠorĠ
PR1016
09/06/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, | l-Onor. George Pullicino, illum żar ix-xogħlijiet li għadhom kemm bdew bħala parti mir-riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Ġorġ, fil-belt Valletta. |
| Din il-pjazza fil-qalba tal-Belt Kapitali | jixirqilha li tingħata dehra ġdida u ħajja. Dan hu proprju l-ħsieb ewlieni wara d-disinn ta’ din il-pjazza; li jkollha ħajja ġdida u terġa’ tingħata lill-pubbliku bħala spazju miftuħ. |
| Ix-xogħlijiet fuq din il-Pjazza huma ppjanati li | jkunu lesti sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena b’investiment ta’ ‘l fuq minn miljun ewro fuq medda ta’ 4,000 metri kwadri; b’użu ta’ materjal naturali bħal m’huwa l-porfido u l-lava. |
| Matul dawn il-jiem, qed jinqala’ l-madum | tas-siment sabiex issir is-‘sodda’ għall-pavimentar u l-funtana, li bla dubju ta’ xejn se sservi ta’ attrazzjoni prinċipali. Din il-funtana tirrappreżenta l-funtana antika li kien hemm fl-istess pjazza, li kienet installata meta l-ilma kien imwassal għall-Belt għall-ewwel darba u kien il-punt fejn kien jisbokka l-ilma mill-akwedott ta’ Wignacourt. |
| Dan il-progett huwa parti mir-riġenerazzjoni | tal-belt kapitali tagħna sabiex terġa’ tingħata l-ħajja. Il-Gvern qiegħed iwettaq aktar minn 80 proġett differenti. Fost dawn insibu proġetti ta’ restawr kontinwu, tisbiħ ta’ promenades bħal m’huwa l-proġett ta’ Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk, u xogħol ta’ restawr ieħor fil-Belt Kapitali bħal m’huma l-faċċati tal-Palazz Presidenzjali, il-faċċata tal-Biblioteka, kif ukoll ser jingħata bidu għar-restawr tal-faċċati tal-Berġa ta’ Kastilja. |
DOI – 09.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984