DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-MEMBRANE BIOLOGICAL REACTOR – UFFIĊĊJU TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA – ĦAL LUQA – 9 ĠUNJU 2009
PR1015
09/06/2009
| Wara t-tlestija tal-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ | f’Għawdex u fil-Mellieħa qed isir progress sostanzjali fuq il-kostruzzjoni tal-akbar impjant fosthom it-tlieta: dak li qed jinbena f’Ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra. |
| Impjant li mdawra miegħu qed tinbena wkoll | infrastruttura ġdida li twassal mill-Marsa, twassal sar-Rinella u tibqa’ niżla sa’ l-istess impjant f’ Ta’ Barkat. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħmel l-almu tagħha sabiex tlesti x-xoghlijiet pendenti kollha fl-aqsar timeframes possibli s-sena d-dieħla, sabiex b’hekk inkunu f’posizzjoni fejn, id-drenaġġ kollu li jintrema l-baħar ikun trattat. |
| Madankollu kif qed naraw illum, il-viżjoni | tagħna għal soluzzjoni totali qed tmur lil hinn mill-bini tat-tlett impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ mibnija fid-discharge points tal-infrastruttura. |
| Il-KSI qed tesperimenta b’dan il-prototype ta’ | ceramic membrane fl-uffiċini tagħha stess sabiex jekk ir-risultati jkunu sodisfaċenti, jkunu jistgħu jipproponu din it-tip ta’ soluzzjoni għal postijiet partikolarment hamlets fejn illum ma’ tasalx l-infrastruttura tad-drenaġġ bħal Baħrija u l-Bidnija fost oħrajn - postijiet li għadhom jiġu moqdija bil-fosos li jitbattlu kontinwament. |
| Dan it-tip t’eżerċizzju li qed tagħmel il-KSI | huwa wieħed ta’ Research and Development ta’ importanza kbira għaliex jgħin lin-nies tekniċi tal-KSI jiżviluppaw in-‘know how’ tagħhom f’dan il-qasam u mhux tibqa’ tiddependi biss fuq konsulenzi u metodoloġiji barranin f’dan il-qasam. |
| Illum il-ġurnata il-KSI saret leader fejn | tidħol it-teknoloġija tar-Reverse Osmosis. Meta daħlet f’dan il-qasan fis-sebgħinijiet kienet fl-istess sitwazzjoni li hija llum fejn tidħol it-teknoloġija tat-trattament tad-drenaġġ. |
| Fuq binarju ieħor ukoll, madwar sena ilu, | tajt struzzjonijiet lil KSI sabiex :- |
| 1. jirrevedu mill-ġdid il-Master Plan kollu | tad-drenaġġ għal gżejjer ta’ Malta w Għawdex kompleti bil-proġettazzjoni neċessarji sabiex tiġi upgraded in-network għal standards ta’ livell tajba; |
| 2. Isir pjan fuq il-possibilita’ ta’ re-use | tad-drenaġġ imsoffi mill-impjanti t’ Għawdex u taċ-Ċumnija. |
| Dawn iż-żewġ eżerċizzji issa ġew konklużi | min-naħa tal-KSI u għandha ssir preżentazzjoni f’qasir żmien. |
| Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dawn | ir-rapporti mbagħad jittieħdu d-deciżjonijiet neċessarji ta’ kif għandna nipproċedu f’dawn iż-żewġ oqsma. |
DOI - 9.6.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984