l-Ministru tal-Edukazzjoni tiltaqa’ ma’ studenti li temmew l-istudju tagĦhom fl-Istitut gĦall-Istudji TuristiĊi (ITS)
PR1014
09/06/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport Dolores Cristina dalgħodu ltaqgħet ma’ studenti li se jtemmu l-istudji tagħhom fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi wara li temmew b’suċċess kors fit-Tourism Management. |
| Il-Ministru rat il-proġetti u t-teżijiet | sottomessi minn dawn l-istudenti fl-aħħar eżamijiet tagħhom u qalet li baqgħet impressjonata bil-proposti li dwarhom ħadmu l-istudenti, il-mod kreattiv li bih ħadmu fuq dawn il-proġetti u l-preżentazzjoni eċċellenti li għamlu. |
| Hi awgurat lil dawn l-istudenti – li fil-parti | l-kbira tagħhom diġa’ għandhom post tax-xogħol garantit – li jkollhom suċċess fil-karrieri rispettivi tagħhom u li jkollhom serenita’ u kuntentizza f’ħajjithom u fil-familji tagħhom. |
| Il-Ministru kienet akkumpanjata miċ-Chairman | tal-ITS Reggie Abela u minn membri tal-Bord tad-Diretturi. |
DOI – 09.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984