Midalja biex tfakkar il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli f’Malta
PR1005
05/06/2009
| Fl-1996 il-Gvern approva l-ħruġ | ta’ Midalja biex jikkommemora l-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli f’Malta. Ir-Regoli dwar l-għoti ta’ din il-Midalja ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Mejju 1996. |
| Il-ħruġ tal-Midalja sar | bis-saħħa tal-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika li jipprovdi li “Il-President, li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, jista’ jordna l-ħruġ ta’ midalji biex ifakkru ġrajja, jew l-anniversarju ta’ xi ġrajja, ta’ importanza nazzjonali.” |
| Din il-ġrajja importanti fl-istorja | tal-iżvilupp tad-demokrazija f’Malta seħħet meta, fl-1 ta’ Novembru 1921, ġie inawgurat l-ewwel Parlament wara r-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli waqt laqgħa tal-membri tas-Senat u tal-Assemblea Leġislattiva eletti fl-elezzjoni li kienet saret ftit qabel taħt il-Kostituzzjoni ‘Amery Milner’. |
| L-għoti ta’ din | il-Kostituzzjoni kien ukoll riżultat dirett ta’ dak li kien seħħ sentejn qabel fis-7 ta’ Ġunju 1919 u r-rabta bejn dawn iż-żewġ dati toħroġ ċara mir-Regoli tal-1996 dwar il-Midalja li jistabbilixxu li l-għotja tkun b’effett mis-7 ta’ Ġunju 1996, u li l-midalja tingħata “lil kull min kien ħaj fis-7 ta’ Ġunju 1996 u li f’xi żmien mill-1 ta’ Novembru 1921 kien membru tas-Senat, tal-Assemblea Leġislattiva jew tal-Kamra tad-Deputati. Iżda kull min fis-7 ta’ Ġunju 1996 kien għadu Membru tal-Kamra tad-Deputati seta’ jiġi ppreżentat biss bil-Midalja ġaladarba jtemm milli jibqa’ membru.” |
| Mija tlieta u tletin | persuna kienu jew għadhom intitolati għall-Midalja li minnhom sebgħa u disgħin ġa rċevew il-Midalja. |
| Din is-sena seba’ persuni li kienu membri | parlamentari rċevew il-Midalja waqt Ċerimonja li saret illum fis-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. Dawn huma: |
Il-President Emeritus l-Avukat Eddie Fenech Adami (in absentia) |
Is-Sur Anton Tabone |
It-Tabib Antoine Mifsud Bonnici |
L-Avukat John Attard Montalto |
Is-Sur Claude Muscat |
Il-Professur Josef Bonnici |
L-Avukat Joe Borg |
DOI – 05.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984