STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
PR1004
05/06/2009
| L-MUT toħroġ Direttiva | b’Detriment għal Tfal bi Bżonnijiet Speċjali |
| L-Union tal-Għalliema (MUT) tat direttiva | lil Inclusion Coordinators, liema direttiva tmur kontra l-interessi ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali. Dan għamlitu mingħajr l-ebda diskussjoni mal-Awtoritajiet Edukattivi. |
| Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jinsab | sorpriż bl-attitudni tal-Unjon tal-Għalliema li tat din id-direttiva mingħajr ma ppruvat tfittex soluzzjonijiet b’diskussjonijiet fi spirtu ta’ kollaborazzjoni u djalogu soċjali. |
| L-MUT qed tallega li membru tagħha li taqdi | dmirijiet ta’ Inclusion Coordinator bl-inkarigu li żżur l-iskejjel, għal dawn l-aħħar xhur kienet soġġetta għal attitudni degradanti fi skola partikolari billi l-ħidma tagħha kienet kontinwament qed tkun taħt skrutinju u dan kien qed joħolqilha stress. L-Union qalet li dan kellu effett negattiv fuq saħħet din il-persuna u minkejja li saru rapporti lis-superjuri tagħha baqa’ ma sar xejn. Għalhekk l-Union tat direttiva lil din il-persuna biex ma tagħmilx xogħol fl-iskola ta’ Ħal Għaxaq. |
| Min-naħa tagħha, id-Direttur Ġenerali għal | Servizzi Edukattivi kitbet lill-MUT u qaltilha li ma kellha ebda dritt tagħti dik id-direttiva li allura kellha tkun irtirata immedjatament għax inkella kien se jkollha tieħu passi ulterjuri. |
| B’reazzjoni għal dan l-MUT ħarġet direttiva lill-Inclusion | Coordinators kollha biex ma jagħmlux xogħol fl-iskola ta’ Ħal Għaxaq. |
| Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fl-ebda | ħin ma hedded jew imqar ta lil xi ħadd x’jifhem li kien qed jikkontempla passi dixxiplinari kontra l-persuna involuta. Anzi d-Direttur Ġenerali talbet lil din l-impjegata biex hi stess tagħti rapport dwar dak li kien qed jinkwetaha, biex jekk hu l-każ jinstab rimedju. |
| Il-Ministeru u d-Direttorati Ġenerali | tal-Edukazzjoni għandhom għal qalbhom l-interess tal-għalliema u kien għalhekk li l-persuna involuta intalbet tgħid x’inhu jinkwetaha. Dan ir-rispett lejn l-għalliema ntwera bit-twaqqif ta’ Servizz ta’ Customer Care u Staff Support għall-għalliema u l-impjegati l-oħra kollha tad-Direttorati. |
| Min-naħa l-oħra d-Direttorat ma jistax jaċċetta | l-atteġġament tal-MUT li bi ksur tal-Ftehim Kollettiv għall-Ħaddiema tal-Gvern, jagħti direttivi għal azzjonijiet industrjali bla ma jfittex soluzzjoni. |
| Billi d-Direttorat hu mpenjat li jagħti lit-tfal | tagħna s-servizzi kollha li huma intitolati għalihom, imqar jekk ikun hemm tifel jew tifla waħda biss li jiġu mċaħħda minnhom minħabba xi azzjoni industrjali, talab lill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex isejjaħ Laqgħa ta’ Konċiljazzjoni dwar il-każ, skont kif stabbilit fil-Ftehim Kollettiv. |
DOI – 05.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984