Diskors mill-Onor. George Pullicino, Ministru gĦar-RiŻorsi u Affarijiet Rurali, waqt Il-Ftuħ uffiĊjali tal-Pjazza Sant’Anna f’tas-Sliema – L-Erbgħa 3 ta’ Gunju 2009
PR0991
04/06/2009
| Prim Ministru u | s-Sinjura Gonzi; Sħabi Ministri, Segretarji Parlamentari; Onorevoli Membri Parlamentari; Sinjura Sindku; Kunsilliera; Sinjuri, |
| Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija | u għal dawk kollha li trabbew f’Tas-Sliema li llum qegħdin nerġgħu naraw din il-pjazza terġa tingħata lura ħalli titgawda mill-iSliemiżi u dawk kollha li jżuru din iż-żona kummerċjali. |
| Pjazza li għal tant snin kienet maħnuqa minn | strutturi kbar li telfu l-gost ta’ din il-pjazza tant li ġenerazzjoni iżgħar minn tiegħi lanqas biss kienu konxji li kellna Pjazza Sant’Anna. |
| Sa mill-2005 personalment kont tlabt lit-Taqsima | tal-Propjeta’ tal-Gvern sabiex ġa la darba jiskadi ic-cens ta’ din l-art, dan ma jerġax jiġġedded. Kien għalhekk li b’kollaborazzjoni sħiħa mal-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Jason Azzoppardi meta skada ċ-ċens, ħdima flimkien sabiex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq. Ippermettuli nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzoppardi tal-kollaborazzjoni tiegħu, sabiex tittieħed l-azzjoni li kont ili ninsisti għaliha erba’ snin. |
| Irrid ukoll nirringrazzja lill-periti u | l-ħaddiema kollha tat-taqsima tax-xogħlijiet partikolarment lil dawk li ħadmu fuq dan il-proġett. Irrid insemmi u nirringrazzja lill-Perit Robert Cachia u lis-Sur Vigo Vella u lill-ħaddiema tagħhom, li b’tant ħidma u koordinazzjoni mexxew b’suċċess dan il-proġett. Kif esperjenzajtu intom stess, dan il-proġett segwa l-passi tal-progetti l-oħra u tlesta wkoll qabel iż-żmien previst. Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €250,000. |
| Aspett importanti li jissimbolizza l-ħajja u li | qed jiġi nkorporat f’din il-pjazza propju biex jikkumplimenta l-atmosfera ħajja ta’ din il-pjazza huwa l-element tal-ilma. Kif smajna aktar kmieni l-element tal-ilma f’din il-pjazza għandu rabta storika ma’ Tas-Sliema. Dan l-element qed jingħata parti mportanti fil-proġetti li qegħdin nimbarkaw fuqhom. B’kollox din is-sena se nkunu nstallajna 12-il funtana ġdida. |
| Din il-pjazza li qeghdin ninawguraw illum | tikkumplimenta u tifforma parti mill-pjan tal-Gvern biex ikompli jsebbaħ din iż-żona ta’ Tas-Sliema li hija t-tieni l-aktar żona kummerċjali importanti ta’ pajjiżna. Għalhekk illum mhix ċelebrazzjoni ta’ tmiem ta’ proġett iżda hija pass ieħor lejn ir-riġenerazzjoni ta’ dan il-post li għandu valur kummerċjali u valur turistiku qawwi. |
| Għalhekk il-Gvern wara l-proġett ta’ pavimentar | fi Triq it-Torri, High Street u Pjazza Sant’Anna, jinsab kommess li jkompli jtejjeb u jsebbaħ din iż-żona b’aktar xogħlijiet ta’ upgrading fosthom il-progett tal-promenade ta’ Qui Si Sana, xogħlijiet fi Triq Bisazza u l-proġett ta’ embellishement u ri-organizzazjoni tax-Xatt kollu ta’ Tas- Sliema. |
| Il-ħidma l-kbira li qed inwettqu mhux qed issir | f’Tas-Sliema biss. Dawn ix-xogħlijiet jorbtu mal-kullana ta’ xogħlijiet li qegħdin isiru f’żoni turistiċi bħal ma huwa l-proġett ta’ tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk, il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza San Gorg fil-Belt Valletta, li jikkumplimenta wkoll il-progetti kollha maħsuba għar-riġenerazzjoni tal-Belt kapitali, kif ukoll il-proġett ta’ restawr ta’ 6 km ta’ swar fil-Belt, l-Imdina, l-Birgu u ċ-Cittadella f’Għawdex b’investiment ta’ €36 Miljun fost oħrajn. |
| Bla dubju ta’ xejn li dawn il-proġetti se | jkomplu jżidu l-livell u l-kwalita’ tal-għixien mhux biss tal-poplu tal-madwar iżda wkoll tal-maltin li jiffrekwentaw din iż-żona kif ukoll l-eluf ta’ turisti li b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf joħonqu dawn iż-żoni. Proġett li jkompli jtejjeb il-livell ta’ din iż-żona u li jikkumplimenta l-investiment, li s-sidien tal-ħwienet għamlu sabiex itejbu l-kwalita’, li din iż-żona ferm importanti toffri. |
| Nagħlaq billi nerġa nirringrazzja lil kull min | ta s-sehem tiegħu biex dan il-proġett, minnkejja l-ostakli kollha li bdew jinqalgħu, seta’ verament jirnexxi. Proġett li għandu jtejjeb il-livell tal-għixien tar-residenti, proġett li jagħti lura lis-Sliemiżi dak li kien ittieħdilhom. Il-plakka li se tinkixef illum se tibqa’ tfakkar il-ġurnata tal-lum, kif ukoll għandha tfakkar li d-deċiżjonijiet li l-politiċi jieħdu, verament kapaċi jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Aħna nħaddnu politika li tħares li tfittex dejjem il-ġid komuni u pjazza Sant’Anna hija xhieda ħajja ta’ dan. Grazzi. |
DOI – 04.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984