Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ PJAZZA SANT’ANNA, F’TAS-SLIEMA - L-ERBGĦA,  3 TA’ ĠUNJU 2009

PR0990
Date Icon 04/06/2009
MinistriSindku Sinjuri
Huwa ta’ pjaċir kbirgħalija li llum qiegħed hawn biex ninawgura dan il-proġett ta’ tisbiħ fi pjazza f’dan iċ-ċentru kummerċjali tant importanti u għal qalb, mhux biss is-Slimiżi, imma l-poplu Malti kollu.
Din il-pjazza f’perjodu relattivament qasirgħaddiet minn trasformazzjoni kbira.  Dak li sa ftit ilu kien sit okkupat minn struttura, issa qed jintradd lura lill-komunità bħala spazju miftuħ u li jservi ta’ pulmun tant bżonnjuż għal dawn l-inħawi.  Irrid inrodd ħajr lil min stinka biex twettaq dan il-proġett fosthom lill-Ministru George Pullicino u lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi.
Dan hu proġett ieħor li jkompli jgħollil-kwalità tal-għixien ta’ kull min jiffrekwenta dan il-post, filwaqt li jżid ukoll il-valur ta’ dan il-post li huwa tant popolari anke mat-turisti li jżuruna.  Kif qal il-Ministru Pullicino qabli, dan il-proġett ma jistax jitqies waħdu imma għandu jitqies bħala kumplimentari għal numru ta’ proġetti oħrajn li saru jew li qed isiru f’din iż-żona.
Hija l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern li nkomplugħaddejjin b’dawn l-inizjattivi li qed iwasslu biex b’aktar proġetti qed noħorġu l-ġmiel tal-pjazez tal-ibliet u l-irħula biex it-tfal u l-familji jgawdu aktar l-ispazji pubbliċi.  Dan hu t-twettiq fil-prattika tal-impenn tagħna li naħdmu għal ambjent aħjar, u nappella għal sens ċiviku biex dawn il-proġetti jinżammu fi stat tajjeb biex ikunu jistgħu jibqgħu jitgawdew għal ħafna snin.
Il-lista ta’ proġetti u pjani hija twila.  Kifdiġà smajtu, proprju nhar it-Tnejn li ġej jinbeda’ x-xogħol fuq tisbiħ ta’ spazju miftuħ ieħor – dak ta’ Pjazza San Ġorġ, il-pjazza ta’ quddiem il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, li rriduha li tingħata d-dehra u l-importanza li jistħoqqilha bħala l-pjazza ewlenija ta’ pajjiżna.  Din hi pjazza importanti għaliex tinsab quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru.  Dan il-Palazz, bil-proġetti għall-Belt Valletta se jinbidel f’Palazz li se jkun kalamita għall-Maltin, għat-turisti u għall-wirjiet kulturali.
Il-Gvern qiegħed iwettaq aktar minn 80 proġettdifferenti mifruxin ma’ Malta u Għawdex kollha.  Proġetti li jvarjaw minn dawk ta’ restawr għall-oħrajn fix-xtut tagħna, minn proġetti fil-Belt Valletta għall-proġetti marbuta ta’ tisbiħ u tħawwil ta’ siġar fil-kampanja.  Dan minbarra proġetti oħra li qed isiru mill-Kunsilli Lokali bl-appoġġ li jagħtihom il-Gvern.
Irrid nirringrazzja wkoll il-ħidma kbira li qedtitwettaq mid-Dipartiment tal-Artijiet biex ikun żgurat li okkupazzjoni abbużiva tal-art tkun regolata.  Għalkemm dawn l-azzjonijiet jistgħu ma jkunux popolari, il-Gvern immexxi minni għandu rieda li fejn hemm l-abbuż jitwaqqaf, u jien fiduċjuż li l-maġġoranza tal-poplu tappoġġja fis-skiet dan l-infurzar li qed jitwettaq.
Nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema tat-Taqsimatax-Xogħlijiet li ħadmu bis-sħiħ biex għal darb’oħra proġett tlesta qabel iż-żmien.  Il-ħaddiema laħqu l-miri li kellhom quddiemhom.
Għal darb’oħra l-ħaddiema kienu strumentali biexb’dan il-proġett noħorġu aktar fil-beraħ il-ġmiel tal-lokalitajiet tagħna u ta’ pajjiżna. Il-lejl it-tajjeb.

DOI – 04.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow