Left arrow Mur Lura

IL-POLONJA TFAKKAR L-EWWEL ELEZZJONIJIET ĦIELSA

PR0989
Date Icon 04/06/2009
Għoxrinsena ilu, fl-4 ta’ Ġunju, 1989, il-poplu Pollakk ivvota fl-ewwel elezzjonijiet ħielsa li ġarrfu l-ħakma totalitarja komunista sovjetika, li ħakmet il-Polonja u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għal aktar minn ħamsin sena.
Fil-preżenza ta’ħafna mill-protagonisti li sawru l-istorja moderna tal-Polonja, fosthom Lech Walesa, l-ogħla mexxejja Pollakki flimkien ma’ rappreżentanti mill-Parlamenti fl-Ewropa, ltaqgħu fis-SEJM (kif inhu magħruf il-Parlament tal-Polonja) u fakkru l-ġrajjiet li fil-bidu tat-tmeninijiet welldu r-Rebbiegħa Bellusija.
Dinir-rivoluzzjoni non-vjolenti mill-Polonja nfirxet fil-pajjiżi kollha ta’ wara l-Purtiera tal-Ħadid u ġabet magħha l-waqgħa tar-reġimi totalitarji komunisti kif ukoll il-Ħajt ta’ Berlin. Is-suċċess tal-ewwel elezzjonijiet ħielsa fil-Polonja fetħu l-bieb biex il-pajjiżi kollha tal-Ewropa Centrali u tal-Lvant għaddew mid-dittatura għall-libertà u d-demokrazija.

L-iSpeaker tal-Parlament Malti, Dr Louis Galea, akkumpanjat mill-Ambaxxatur Malti għall-Polonja is-Sur Gaetan Naudi, irrappreżenta lil Malta u ta l-messaġġ tiegħu fis-Sejm (dokument mehmuż). 

L-Assembleafis-Sejm kienet konġjuntament preseduta mill-Presidenti tas-Sejm u tas-Senat, Bronislaw Komorowski u Bogdan Borusewicz rispettivament. Il-mistednin Pollakki u Ewropej kienu ndirizzati minn Lech Walesa, fundatur u mexxej ta’ SOLIDARNOSC, u Tadeusz Mazowiechi, il-Prim Ministru tal-ewwel gvern mhux komunista u elett demokratikament. L-Assemblea kienet ukoll indirizzata minn protagonisti ta’ dawn il-ġrajjiet mill-Bulgarija, Litwanja, Slovakkja, Ġermanja u Russja. Fil-laqgħa minbarra Speakers u Presidenti ta’ diversi Parlamenti Ewropej, ħa sehem ukoll Hans-Gert Pöttering, il-President tal-Parlament Ewropew.
L-għatxtal-bniedem għall-libertà u l-ħelsien wasslu biex diversi popli qamu kontra l-ħakma komunista, fosthom l-Ungeriżi u ċ-Ċekoslovakki, fl-1956, 1968, u 1976. Meta l-Pollakki bdew il-ġlieda tagħhom fl-1980 bit-twaqqif ta’ SOLIDARNOSC, moviment soċjali u tal-ħaddiema li ġabar fih miljuni kbar ta’ Pollakki ta’ kull xogħol u professjoni, ħafna pajjiżi u gvernijiet fid-dinja demokratika ħasbu li din id-darba wkoll ir-rivoluzzjoni kienet ser tfalli. Iżda t-tagħlimiet mir-rivoluzzjonijiet ta’ qabel imsaħħa mill-preżenza fuq ix-xena internazzjonali tal-Papa Pollakk Ġwanni Pawlu II, wasslu għas-suċċess tal-moviment Pollakk u għat-trasformazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi Ewropej f’pajjiżi ħielsa, liberi u demokratici.


DOI – 04.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow