STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
PR0988
03/06/2009
| Is-Segretarjat | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jtenni li għal kuntrarju ta’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni l-bieraħ, Malta kienet rappreżentata minn żewġ uffiċjali għolja mid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. |
| Il-Kap | tal-Oppożizzjoni qal li għal din il-laqgħa ma mar l-ebda politiku Malti u li “ma bgħat lil ħadd mill-Gvern tiegħu”. |
| Il-konklużjoni | tal-Kap tal-Oppożizzjoni hi kompletament żbaljata għaliex għal din il-laqgħa attendew u pparteċipaw f’isem il-Gvern Malti żewġ uffiċjali għolja. |
| Il-laqgħa fejn | kellhom jattendu l-politiċi kienet proprja l-laqgħa urġenti li kienet issejħet mill-Unjoni Ewropea għall-Kunsill tal-Ministri biex tiġi diskussa l-pandemija. Dak inhar Malta vera kienet assenti għax l-Oppożizzjoni kienet irrifjutat li tagħti l-pairing. |
| Is-Segretarjat | jappella lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex ma jkomplix jagħmel is-saħħa ballun politiku u biex ma jkomplix jallarma lin-nies. L-Oppożizzjoni tant trid tagħmel ballun politiku mis-saħħa, li fl-istqarrija tagħha spiċċat ħawdet u fixklet anki liema Segretarjat Parlamentari ħareġ l-istqarrija tal-bieraħ. |
DOI - 03.06.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984