Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

PR0988
Date Icon 03/06/2009
Is-SegretarjatParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jtenni li għal kuntrarju ta’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni l-bieraħ, Malta kienet rappreżentata minn żewġ uffiċjali għolja mid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.
Il-Kaptal-Oppożizzjoni qal li għal din il-laqgħa ma mar l-ebda politiku Malti u li “ma bgħat lil ħadd mill-Gvern tiegħu”.
Il-konklużjonital-Kap tal-Oppożizzjoni hi kompletament żbaljata għaliex għal din il-laqgħa attendew u pparteċipaw f’isem il-Gvern Malti żewġ uffiċjali għolja.
Il-laqgħa fejnkellhom jattendu l-politiċi kienet proprja l-laqgħa urġenti li kienet issejħet mill-Unjoni Ewropea għall-Kunsill tal-Ministri biex tiġi diskussa l-pandemija. Dak inhar Malta vera kienet assenti għax l-Oppożizzjoni kienet irrifjutat li tagħti l-pairing.
Is-Segretarjatjappella lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex ma jkomplix jagħmel is-saħħa ballun politiku u biex ma jkomplix jallarma lin-nies. L-Oppożizzjoni tant trid tagħmel ballun politiku mis-saħħa, li fl-istqarrija tagħha spiċċat ħawdet u fixklet anki liema Segretarjat Parlamentari ħareġ l-istqarrija tal-bieraħ.

DOI - 03.06.09

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow