FESTA NAZZJONALI TAS-SETTE GIUGNO
Il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jorganizza ċerimonja kommemorattiva fi Triq Bullara fix-Xagħra, fl-okkażjoni tal-festa Nazzjonali tas-Sette Giugno li din is-sena se jsir il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju 2009 fl-09.45am. Il-programm, bis-sehem tal-membri Parlamentari għal Għawdex, fosthom l-Onor Giovanna Debono Ministru għal Għawdex, se jkun mqassam kif gej:
· Merħba lill-mistednin
· Qari ta’ poeżija kommemorattiva
· Siltiet mużikali mill-grupp ta’ Ms Mariella Cassar
· Daqq tal-Last Post
· Minuta silenzju
· Daqq tar-Reveille
Tqegħid ta’ kuruni u bukketti ta’ fjuriDOI – 03.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984