IMNIEDI L-EUROPEAN HEALTH INTERVIEW SURVEY
PR0985
03/06/2009
| Illum tnieda il-European | Health Interview Survey fil-prezenza tas-Segretarju Parlamentari ghas-Sahha, Dr Joe Cassar, u s-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said. |
| Dr Joe Cassar qal li is-saħħa hija waħda | mis-setturi bl-ogħla prijorita’ għall-Gvern. Dan għaliex aħna nemmnu li kull ċittadin Malti għandu d-dritt li jgħix f’saħħtu għal itwal żmien possibbli. Il-Gvern ilu jagħmel investimenti kbar fis-servizzi tas-saħħa biex iservu l-poplu Malti. Il-ftuħ ta’ l-isptar Mater Dei kien waħda mill-aktar tappi importanti fil-missjoni tal-Gvern biex itejjeb is-saħħa tan-nazzjon. Illum il-ġurnata, huwa stmat li n-numru ta’ snin li jgħixu l-medja tal-Maltin f’saħħithom huwa wieħed mill-ogħla fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Mhux faċli biex pajjiż jasal f’dan il-livell u jerga’ aktar diffiċli jżomm l-istess livell matul is-snin. Dan jixhed l-impenn u l-investiment li sar fi snin imgħoddija. Madankollu, jekk aħna nixtiequ verament nassiguraw li dan il-livell għoli ta’ saħħa jinżamm u, anke jitjieb, li wieħed jinvesti biss fis-servizzi tas-saħħa mhux biżżejjed. Irridu nimplementaw serje ta’ strateġiji għas-saħħa pubblika li jaħdmu sabiex titkattar is-saħħa tal-Maltin kollha, mhux biss issa, imma anke fil-futur. Għandna bżonn inkunu nafu min huma dawk il-gruppi fil-popolazzjoni Maltija li huma f’aktar riskju ta’ mard. Il-European HealthInterview Survey tas-sena l-oħra tagħtina ritratt tas-saħħa tal-pajjiż u diġa’ pprovdiet informazzjoni siewja ħafna dwar il-prattiċi u l-preferenzi tal-Maltin lil min huwa responsabbli minn deċiżjonijiet f’dan is-settur. |
| Kif mistenni, dan l-istħarriġ jikkonferma | l-fiduċja li għandhom il-Maltin fit-tabib tal-familja privat tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-Gvern jixtieq isaħħaħ dan is-settur u jgħin lil dawn it-tobba sabiex ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu l-pazjenti tagħhom bil-kura ħolistika li għandhom bżonn. Din l-istrateġija tgħin biex tnaqqas id-dipendenza tal-Maltin fuq is-servizzi tal-isptar u tal-ispeċjalisti filwaqt li ttejjeb dejjem aktar il-kwalita’ ta’ ħajja ta’ ħafna persuni. Għall-ewwel darba, għandna informazzjoni f’idejna dwar il-konsum ta’ firxa wiesa’ ta’ servizzi preventivi. Per eżempju, il-fatt li 32% tan-nisa Maltin biss kellhom mammogram mill-inqas darba f’ħajjithom issaħħaħ id-deċiżjoni li nidħlu għal program ta’ screening għall-kanċer tas-sider, speċjalment meta wieħed iqis kemm hija komuni din il-kundizzjoni fil-nisa tagħna. |
| Jien ċert li l-informazzjoni li nġabret minn dan | l-istħarriġ ser tipprovdi sors għani ta’ informazzjoni li fuqha wieħed jista` iserraħ biex titfassal il-politika f’dan il-qasam fis-snin li ġejjin. Il-Gvern qed jikkommetti ruħu li jiżviluppa n-natura u l-kwalita’ tar-riċerka u l-informazzjoni għaliex jemmen li strateġiji bbażati fuq l-informazzjoni huma għodda essenzjali biex wieħed jasal biex il-Maltin jgħixu l-akbar numru possibbli ta’ snin f’saħħithom. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni Chris Said għamel referenza wkoll għall-fondi li gawda minnhom is-settur tas-saħħa biex jinħolqu u jissaħħu l-opportunitajiet għat-tobba żgħar li għenuhom jispeċjalizzaw f’oqsma differenti mingħajr ma jħallu xtutna. Intużaw diversi fondi biex jiġi provvdut taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa kif ukoll biex wieħed isaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa f’livell eżekuttiv u ta’ speċjalisti fl-iSptar Mater Dei. Dawn il-fondi ta’ ghajnuna għat-taħriġ tal-persuni jlaħħqu total ta’ kważi €400 000, qal Chris Said. |
DOI – 03.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984