Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

PR0978
Date Icon 02/06/2009
Micħudaallegazzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni
Is-SegretarjatParlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ jiċħad l-allegazzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni li l-Gvern Malti ma kienx prezenti għall-Assemblea Ġenerali tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa li saret f’Ġinevra.
Waqt dinil-laqgħa teknika ħadu sehem żewġ uffiċjali għolja tal-Gvern mid-Divizjoni tas-Saħħa.  L-aġenda ma kienitx biss dwar il-Pandemija, iżda kienet dwar diversi aspetti mediċi oħra wkoll.
Kuntrarju għaldak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni waqt dibattitu dwar l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Gvern Malti kien rapprezentat mid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa, Dr Natasha Muscat Azzopardi u mill-Uffiċjal tas-Saħħa, Dr Christine Baluci.
Din il-laqgħasaret bejn it-18 u t-22 Mejju u Malta pparteċipat tul il-ħamest ijiem.  Għalhekk l-allegazzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni hi zbaljata.
Is-Segretarjatjikkundanna d-dikjarazzjoni li saret mill-Kap tal-Oppozizzjoni għaliex din toħloq allarm bla bzonn.
Is-Segretarjatifakkar li għall-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea li ssejjaħ b’urġenza proprju biex jiddiskuti l-Pandemija, l-Oppozizzjoni irrifjutat li tagħti l-pairing u għalhekk dakinhar, is-Segretarju Parlamentari Mario Galea ma setgħax jattendi.
DOI –02.06.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow